Il-Ministru John Attard Montalto jzur il-fabbrika Bogner Sports Limited
L-uniku mod kif is-settur tal-manifattura tal-hwejjeg f'Malta jista' jikkompeti fis-swieq internazzjonali huwa billi jemfasizza dejjem aktar fuq il-kwalità. Dan kien il-messagg tal-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Industrija, Dr. John Attard Montalto, waqt zjara li ghamel illum fil-fabbrika ta' Bogner Sports (Malta) Limited f'Rikasoli.
Bogner Sports (Malta) Limited hija sussidjarja ta' Bogner International, grupp ta' kumpaniji li huma mija fil-mija proprjetà tal-familja Germaniza Bogner. L-ewwel kumpanija kienet twaqqfet fl-1936 minn Willy Bogner Senior u llum hija mmaniggjata minn Willy Bogner junior, li huwa maghruf ghad-diversi rebhiet tieghu fil-kampjonati tad-dinja ta' l-iSki. Hu kien ukoll parti mit-team Olimpiku Germaniz ta' l-1964 u ddiriega numru ta' ski teams f'diversi films.
Bogner huwa famuz hafna ghad-disinji ta' hwejjeg sportivi, specjalment settijiet ta' l-iSki. Il-kumpanija ghandha impjanti ta' manifattura fil-Germanja, fl-iStati Uniti u f'Malta li fihom thaddem 1,200 ruh. Il-kumpanija sussidjarja ta' Malta timpjiega 140 haddiem u tipproduci anoraks, jeans u qliezet.
Il-Ministru Attard Montalto dar il-facilitajiet li ghandha l-kumpanija f'Malta u ltaqa' mal-haddiema fuq il-lant tax-xoghol. Il-kumpanija thaddem shift specjali ghal nisa mizzewga, mid-9 a.m. sas-2.15 p.m., li jaghmilha aktar konvenjenti ghalihom li jkomplu jahdmu.
Huwa kkummenta li l-maggoranza tal-kumpaniji li jimmanifatturaw il-hwejjeg f'pajjizna jesportaw lejn l-Ewropa stess-partikolarment il-Germanja, il-Belgju, l-Olanda, l-Italja, u r-Renju Unit-fejn hemm konsumatur li hu attent hafna ghall-kwalità. Il-konsumatur Ewropew ghandu ghatx ghal hwejjeg b'disinn superjuri li jirrifletti l-moda tal-gurnata.
L-Avukat Attard Montalto kompla li "l-industrija Maltija trid timxi mal-kurrent. It-tibdil globali fis-settur tal-hwejjeg qed ikun rifless fix-xenarju lokali fejn il-kumpaniji qed ikunu attenti hafna ghall-moda u, sahansitra, qed jipprovaw janticipawha."
Il-process ta' ristrutturazzjoni tal-manifatturi tal-hwejjeg lokali kompla matul l-1997 u matul il-bidu ta' din is-sena. Rizultat ta' dan, matul l-1997 l-esportazzjoni minn dan is-settur rat zieda ta' hamsa fil-mija fuq is-sena ta' qabel biex lahqet is-somma ta' Lm 61.4 miljun.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922