Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU DR. ALFRED SANT JINDIRIZZA L-KONFERNZA GENERALI TAL-UHM

PR0884
Date Icon 14/05/1998

‘L-AQWA INTERESS TAL-GVERN JIBQA’ TAL-HADDIEMA, PENSJONANTI, SELF-EMPLOYED U TAL-FAMILJI KOLLHA TAGHHOM’


Il-Prim Ministru lill-UHM


Il-Prim Ministru Alfred Sant illum asserixxa  li fil-hidma kollha li qed issir mill-Gvern li qieghed imexxi, l-aqwa interess se jibqa’ dejjem dak tal-haddiema u l-impjegati, tal-pensjonanti, tas-self-employed zghar onesti u tal-familji kollha taghhom. Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant illum  indirizza l-Konferenza Generali tal-Union Haddiema Maghqudin u tkellem dwar l-isfida li ghandna quddiema bhala socjeta` li tikber l-ekonomija li minnha biss jistghu jizdiedu l-impjiegi produttivi, minnha biss jista’ jirrizulta titjib fil-kundizzjonijiet tax-xoghol u t-titjib fil-qaghda socjali tal-haddiema u tac-cittadini taghna.


Il-Prim Ministru qal li l-ghazliet li qed naghmlu fir-relazzjonijiet li rridu jkollna ma’ l-Unjoni Ewropea qed naghmluhom biex insostnu r-ritmu tal-holqien ta’ l-impjiegi fil-gzejjer Maltin. Il-Prim Ministru cahad il-kritika ta’ min jghid li bhalissa qed nidhlu biss ghall-pizijiet minghajr ma nibbenefikaw mill-hekk imsejha vantaggi ta’ shubija shiha. Shubija shiha fl-Unjoni Ewropea tfisser il-qerda tal-biedja Maltija. It-thaddim fostna tal-politika agrikola komuni ta’ l-U.E. iggib maghha zjieda fil-prezzijet tal-prodotti ta’ l-ikel li nimportaw minn barra. Bi shubija shiha fl-U.E. jkollhom joghlew il-pagi fil-fabbriki u l-lukandi taghna. B’pagi oghla, l-ispiza tal-prodotti tal-fabbriki u l-ispiza tal-vaganzi f’lukandi u fir-ristoranti  Maltin bil-fors tizdied, b’theddida ghall-bejgh barra li naghmlu.


Bir-regoli ta’ min jissieheb fl-Unjoni Ewropea, qal il-Prim Ministru, hemm il-bidliet li jkollhom jiffaccjaw is-self-employed iz-zghar. B’dawn ir-regoli jigu nies bis-snajja’ taghhom mill-Unjoni Ewropea li jehdulhom xogholhom f’pajjizhom stess. Bi shubija shiha fl-U.E. hemm ir-realta` li cittadini Ewropej jigu joqoghdu u jahdmu f’Malta bl-akbar liberta`. Ikollna naccettaw f’kollox standards ta’ l-Unjoni Ewropea, anke jekk ma jkunux jghoddu ghalina.

.../...

Il-Prim Ministru qal li b’zona ta’ kummerc hieles ma’ l-Unjoni Ewropa se nkunu qeghdin b’metodu iffokat u serju, nibdlu dak li ghandna nibdlu biex inkunu socjeta` moderna, minghajr ma npoggu fuq is-socjeta` taghna pizijiet mifruxa u zejda li ma tistax tiflah minghajr ma tirrikorri ghall-qghad.  


Aktar ma jghaddi zmien u aktar ma nibqghu nistriehu fuq l-impjiegi protetti li joperaw biss fis-suq lokali, aktar l-ispiza ta’ produzzjoni taghhom mhix se tkun kompetittiva.Dan ikompli jservi biex jgholli l-livell tal-prezzijiet fostna. Din hija l-isfida strategika li ghandu quddiemu l-mudell Malti ta’ zvilupp. Jehtieg li nsostnu u nattiraw investiment gdid dirett f’hidmiet produttivi ghal pajjizna.


Il-Prim Ministru qal li fl-isforz mehtieg ta’ ristrutturazzjoni, il-Gvern irid jiehu rwol ewlieni ta’ appogg u sostenn. Il-mexxejja ta’ l-azjendi infushom iridu juru vizjoni u sens ta’ inizjattiva. U r-rapprezentanti tal-haddiema irid ikollhom il-hin kollu lehen kostruttuv u effettiv fi process ta’ konsultazzjoni ghaddejja l-hin kollu.


Il-Prim Ministru tkellem dwar it-triq li biha ninkoraggixxu l-investiment dirett gdid. Hawnhekk il-Gvern qed ihalli f’idejn il-privat investimenti kbar li jistghu jqawwu l-potenzjal produttiv tal-pajjiz bhal yacht marina fil-Kottonera, il-cruise liner fil-Port il-Kbir, il-bni tas-sit tat-Teatru Rjal li mistennija jwessghu l-bazi produttiv tal-pajjiz fil-qasam tas-servizzi.


L-isfida biex ir-rata ta’ holqien ta’ impjiegi f’pajjizna terga’ ssir wahda qawwija tintlahaq billi nassiguraw tmexxija tal-gvern aktar efficjenti u li jinbidlu l-istrutturi ta’ l-industrija Maltija biex naghmluhom kompetittivi taht kundizzjonijiet ta’ kummerc hieles. Din l-istrategija ittejjeb l-holqien ta’ impjiegi sodi fostna u l-livelli ta’ solidarjeta` socjali li lkoll kemm ahna nemmnu fihom.


Il-Prim Ministru qal li dan jintrabat mal-htiega li naghtu prijorita` dejjem akbar lill-edukazzjoni. Fil-Budget ghas-sena 1997 u ghal dis-sena, diga` wrejna li se nkunu qed nattwaw dan l-impenn bil-fatti. Il-Prim Ministru qal li rridu naslu ghall-punt fejn l-imprizi kollha taghna jkunu kapaci jkabbru l-impjiegi taghhom u jtejbu l-livell tal-ghixien tal-haddiema billi jiffaccjaw il-kompetizzjoni moderna.


Il-Prim Ministru qal li jemmen li din l-isfida tista’ tintlahaq. Minkejja d-diffikultajiet li jistghu jinqalghu, il-poplu taghna kapaci jimmodernizza bil-kbir l-mod li bihom qala’ sa issa l-ghixien tieghu. Huwa fl-interess tan-nies tax-xoghol kollha kemm huma, li nassiguraw li l-bidliet mehtiega jsehhu b’riedu soda u b’vizjoni cara ghall-futur, temm jghid il-Prim Ministru.


Anness ma’ din l-istqarrija qed tintbaghat kopja tad-diskors shih tal-Prim Ministru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow