IL-MINISTRU MICHAEL FARRUGIA JINDIRIZZA L-FORUM DWAR L-ANZJANI 1998
Il-Forum dwar l-Anzjani 1998, li qieghed jigi organizzat mill-United Nations Institute on Ageing kif ukoll mill-Healthcare Services Ltd, dalghodu gie indirrizzat mill-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia.
Il-Ministru beda biex awgura lill-Professur Antony de Bono bhala Direttur gdid tal-INIA.
Huwa qal li fil-hajja jsiru hafna tibdiliet, dawk li ahna stess inkunu rridu izda hemm ohrajn bhall-eta’ u dizabbilta’ rizultat ta’ l-eta’ jew cirkostanzi ohra li jigu wahidhom u ma’ nistghu naghmlu xejn biex nibdluhom.
Il-Ministru Farrugia qal li dawk li jkunu se jaghlqu l-61 sena u waslu biex jirtiraw, iridu jkunu jarghfu jqattghu il-hin hieles u qal li qed jara futur fejn id-Dipartiment tas-Sahha, flimkien mad-Dipartiment tas-Social Welfare jsiru programmi apposta sabiex jippreparaw lill dawk li jkunu se jirtiraw mix-xoghol. Programmi bhal nutrizzjoni, prekawzjoni mill-mard, u informazzjoni dwar beneficcji li dawn ikunu intitolati ghalihom mill-istat huma fost suggetti nteressanti li wiehed jista’ jelabora fuqhom f’dawn il-laqghat.
Il-Ministru Michael Farrugia, qal li l-Health Planners li bhalissa qed jaghmlu l-awditjar ta’ l-isptar il-gdid f’Tal-Qroqq huma ta’ l-istess fehma tal-gvern, jiggifieri li ghandu jkun hawn aktar spazju ghal-rijabilitazzjoni ghall-anzjani u ghal dawk li m’humiex, u ghal dan qed jissuggerixxu spazju fl-iSptar San Luqa, kif kien qed jipproponi l-Gvern. Hawnhekk il-Ministru semma li fil-futur l-anzjani se jkomlu jizdiedu u pajjizna ser ikollu bzonn ta’ aktar social workers, physiotherapists, occupational therapists u professjonisti ohra relatati mall-kura tal-anzjani. Bl-ghajnuna ta’ dawn il-professjonisti aktar anzjani jkunu jistghu jibqghu jghixu fil-kommunita’, jew inkella wara li jiehdu l-kura u rijabilitazzjoni jkunu jistghu jirritornaw id-dar.
Il-Ministru Michael Farrugia qal li jekk nibqghu insahhu s-settur tar-rijabilitazzjoni u s-servizzi provduti, inkunu nistghu naghtu futur ahjar u attiv lill-anzjani taghna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922