Left arrow Go Back

IL-MINISTRU MICHAEL FARRUGIA JINDIRIZZA L-FORUM DWAR L-ANZJANI 1998

PR0882
Date Icon 14/05/1998

Il-Forum dwar l-Anzjani 1998, li qieghed jigi organizzat mill-United Nations Institute on Ageing kif ukoll mill-Healthcare Services Ltd, dalghodu gie indirrizzat mill-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia.


Il-Ministru beda biex awgura lill-Professur Antony de Bono bhala Direttur gdid tal-INIA.


Huwa qal li fil-hajja jsiru hafna tibdiliet, dawk li ahna stess inkunu rridu izda hemm ohrajn bhall-eta’ u dizabbilta’ rizultat ta’ l-eta’ jew cirkostanzi ohra li jigu wahidhom u ma’ nistghu naghmlu xejn biex nibdluhom.


Il-Ministru Farrugia qal li dawk li jkunu se jaghlqu l-61 sena u waslu biex jirtiraw, iridu jkunu jarghfu jqattghu il-hin hieles u qal li qed jara futur fejn id-Dipartiment tas-Sahha, flimkien mad-Dipartiment tas-Social Welfare jsiru programmi apposta sabiex jippreparaw lill dawk li jkunu se jirtiraw mix-xoghol.  Programmi bhal nutrizzjoni, prekawzjoni mill-mard, u informazzjoni dwar beneficcji li dawn ikunu intitolati ghalihom mill-istat huma fost suggetti nteressanti li wiehed jista’ jelabora fuqhom f’dawn il-laqghat.


Il-Ministru Michael Farrugia, qal li l-Health Planners li bhalissa qed jaghmlu l-awditjar ta’ l-isptar il-gdid f’Tal-Qroqq huma ta’ l-istess fehma tal-gvern, jiggifieri li ghandu jkun hawn aktar spazju ghal-rijabilitazzjoni ghall-anzjani u ghal dawk li m’humiex, u ghal dan qed jissuggerixxu spazju fl-iSptar San Luqa, kif kien qed jipproponi l-Gvern. Hawnhekk il-Ministru semma li fil-futur l-anzjani se jkomlu jizdiedu u pajjizna ser ikollu bzonn ta’ aktar social workers, physiotherapists, occupational therapists u professjonisti ohra relatati mall-kura tal-anzjani. Bl-ghajnuna ta’ dawn il-professjonisti aktar anzjani jkunu jistghu jibqghu jghixu fil-kommunita’, jew inkella wara li jiehdu l-kura u rijabilitazzjoni jkunu jistghu jirritornaw id-dar.


Il-Ministru Michael Farrugia qal li jekk nibqghu insahhu s-settur tar-rijabilitazzjoni u s-servizzi provduti, inkunu nistghu naghtu futur ahjar u attiv lill-anzjani taghna.    

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow