Left arrow Mur Lura

IL-PROBLEMA TAD-DJAR BATTALA F’MALTA DISKUSSA FL-INGILTERRA

PR0881
Date Icon 14/05/1998

Dr. Stefan Buontempo, Konsulent tal-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali din il-gimgha kellu laqgha f’Londra mal-Ministru tal-Kostruzzjoni Ingliz, Mr. Nick Raynsford li fiha ddiskutew il-problema tal-bini battal. Dr. Buontempo kien Londra fejn attenda ghall-konferenza dwar il-problema tal-bini battal fl-Ingilterra bhala l-mistieden tal-Empty Homes Agency tal-Ingilterra li kienu l-organizzaturi tal-konferenza. Din il-Konferenza kienet taghmel parti min-“National Week of Action on Empty Homes”.


Id-Delegati f’din il-konferenza ddiskutew  il-qaghda tad-djar battala fl-Ingilterra llum u anke x’mizuri ghandhom jittiehdu biex din il-problema tigi solvuta. L-argument tal-konferenza dar mal-fatt li l-Ingilterra hija gzira b’art skarsa li ma tistax tkompli tiehu art agrikola biex fuqha jitla aktar bini.


Fost is-suggerimenti validi li saru kien hemm li ghandha ssir kampanja biex tiftah ghajnejn il-poplu dwar il-htiega li djar bhal dawn jigu utilizzati llum qabel ghada u dan fid-dawl ukoll tal-fatt  ta’ l-eluf kbar ta’ nies li qeghdin jghixu fit-toroq u ohrajn li qeghdin jghixu f’postijiet sub-standard, fl-Ingilterra.


Il-membri Parlamentari prezenti qablu li ghandhom jittiehdu passi immedjati biex din il-proprjeta’ tinhareg fis-suq u dan permezz ta’ incentivi u kien hemm ukoll minn ippropona sanzjonijiet.


Kemm dam l-Ingilterra Dr. Buontempo kellu laqgha ohra  ma’ Mr. Bob Lawrence, Chief Executive tal-Agenzija tad-Djar Battala. Dr. Buontempo stieden lil Mr. Lawrence biex jigi Malta bil-ghan li jibdel ideat dwar din il-problema attwali anke f’Malta. Mr. Laurence accetta l-istedina.


Iz-zjara ta’ Dr. Buontempo saret possibbli wara laqgha li l-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, s-Sur Alfred Portelli kellu f’Londra, ma’ ufficjali ta’ din l-agenzija gimghatejn ilu.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow