Left arrow Mur Lura

Il-Prim Ministru jinawgura r-Rinella Movie Park fil-Kalkara

PR0873
Date Icon 13/05/1998

Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant il-lejla inawgura ufficjalment ir-Rinella Movie Park fil-Mediterranean Film Studios fil-Kalkara. Dan il-Movie Park jimpjega 125 persuna, li minnhom 80 huma part-time u se jkun attrazzjoni ewlenija ghall-Maltin u l-Ghawdxin u ghall-barranin li jkunu qeghdin jghixu f'Malta.

Il-Movie Park jinkludi mudel tal-vapur minn Raise the Titanic u mudelli mill-films Cristoforo Colombo, Orca the Killer Whale, Midnight Express, White Squall u The Odyssey. Il-Mediterranean Film Studios kien jintuza primarjament ghal film li jinvolvi l-bahar jew xeni taht il-bahar. Il-Movie Park jinkludi diversi attrazzjonijiet ohrajn ta' films li jfakkruk f'artisti maghrufa bhal Roger Moore, Jean-Claude Van Damme, Geena Davis, Jeff Bridges, Robin Williams u George Depardieu, fost il-hafna artisti ta' fama internazzjonali li hadmu films f'pajjizna.

Il-Prim Ministru fahhar din l-inzijattiva u qal li dan il-progett huwa fid-direzzjoni t-tajba u se jsebbah l-attrattiva taghna bhala destinazzjoni turistika ohra barra mix-xemx u l-bahar li joffri pajjizna lit-turist. Dr. Sant qal li dan il-progett jaqbel mija fil-mija mal-pjani tal-Gvern li jkattar il-potenzjal turistiku tan-nofsinhar ta' Malta, l-aktar l-inhawi tal-Kottonera.

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern huwa konvint li hemm futur sabih ghal pajjizna fl-industrija tac-cinema u f'industriji li ghandhom x'jaqsmu maghha. Dr. Sant qal li l-gvern jemmen li pajjizna ghandu dak kollu mehtieg biex isir centru ta' l-industrija tac-cinema u centru ta' produzzjonijiet televisivi. Il-gvern qed jiehu hsieb jinkoraggixxi t-twaqqif ta' l-infrastruttura finanzjarja u organizzattiva mehtiega biex jitrawwem dan l-izvilupp. L-istrutturar ta' l-ekonomija taghna jinkludi l-ftuh ta' toroq godda ta' negozju produttiv u dan il-Movie Park huwa bla dubju wiehed minnhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow