Left arrow Mur Lura

Stharrig ta' l-opinjoni pubblika dwar il-Korp tal-Pulizija

PR0862
Date Icon 12/05/1998

Il-programm ta' modernizzazzjoni fil-Korp tal-Pulizija li l-Gvern Laburista Gdid kien beda jahdem fuqu f'Ottubru 1996 diga' beda juri li l-poplu qed japprezza aktar is-servizz li qed jinghatalu u li l-glieda kontra l-kriminalita' qed tkun effettiva.

Waqt intervista li l-Onor. Ministru Joe Mizzi kien qed jaghti lill-stazzjon tar-Radju Lokali illum, huwa qal li minn stharrig fost 1000 persuna Maltija li sar mill-MISCO gie stabbilit li 80% ta' dawk intervistati qalu li huma sodisfatti bl-operat tal-pulizija li jikkumplimenta sew il-hidma li saret mill-Gvern u l-ufficjali ewlenin tal-Korp biex jaghtu dehra gdida tal-Korp.

Mill-istharrig jirrizulta, zied il-Ministru Mizzi, li 'l fuq minn 70% jahsbu li qed issir b'success l-glieda kontra l-kriminalita' u li l-Pulizija ghandhom manjieri tajbin, efficjenti, onesti fix-xoghol u dhulin, lesti li jisimghu lmenti, u li ghandhom dehra prezentabbli. Il-MISCO irrizultala wkoll li kwazi 80% tal-persuni mistharrga kienu jafu li qed issir riforma biex il-Korp ikun modernizzat u li b'rihet hekk tnaqqas il-hela fuq overtime, hafna pulizija ma baqghux jaghmlu xoghol klerikali u zdied l-ghadd ta' kuntistabbli fit-toroq.

Il-Ministru qal li hareg ukoll mill-istharrig li l-poplu ghandu idejat diversi dwar x'jahsbu li ghandha tkun jew x'inhi l-funzjoni primarja tal-pulizija. Madwar 40% tal-poplu jassocjahom mal-glieda kontra d-drogi, 20% mal-kontroll tat-traffiku waqt li 15% jqisu li l-glieda kontra l-kriminalita' hija l-hidma ewlenija taghhom.

Il-mizuri li qed jittiehdu, qal il-Ministru Mizzi, jirriflettu li llum jezisti Gvern verament responsabbli u li qed iwettaq l-obbligu tieghu li jaghmel dak li hu xieraq anke jekk f'xi cirkostanzi l-mizuri ma jkunux popolari.

Dan hu rifless sew mill-percentwali gholi ta' dawk li mill-istharrig jirrizulta li qalu jhossuhom f'aktar sigurta' fl-inhawi fejn jghixu u fit-toroq. Il-poplu innota li l-Pulizija qed ikunu ta' aktar ghajnuna ghalihom u li xogholhom sar aktar professjonali.

Il-Ministru zied jghid ukoll li fost l-elementi negattivi li ssemmew minn dawk mistharrga kien hemm min qal li jkun hemm dewmien biex il-pulizija jaslu fuq il-post meta jigu msejha, jew li ma segwewx sew kazi li kellhom quddiemhom: inkella ma sabux l-ghajnuna li ppretendew. Waqt li 80% jemmnu li biex tidhol fil-korp trid tkun ta' fibra morali soda, nofshom isostnu li membri tal-korp ma jafux sew id-doveri taghhom x'jirrikjedi.

Il-Ministru Mizzi qal ukoll li hemm bosta xoghol ta' modernizzazzjoni ghal korp li qed jistenna biex jigi mplimentat sal-ahhar tas-sena u li jaghtih dehra aktar efficjenti. Mistoqsi dwar l-introduzzjoni tat-test kontra sewqan taht influwenza tax-xorb (breathalyser) il-Ministru qal li din il-Ligi se tigi fis-sehh fil-25 ta' dan ix-xahar. Il-pulizija, jekk ikollha suspett ragjonevoli li persuna qed issuq taht influenza ta' alkohol aktar milli preskritt bil-ligi jkollha dritt titlob kampjun tan-nifs tal-urina w tad-demm ghal ezamijiet forensici.

Il-Ministru temm jghid li hemm stabbiliti pieni horox ghal min jinqabad jabbuza ghaliex dan, minbarra li jkun qieghed jesponi lilu nnifsu ghal periklu, jkun ukoll ta' riskju ghal terzi persuni u propjeta'.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow