Programm ghall-Edukazzjoni ghal tfal bi bzonnijiet specjali
Waqt konferenza stampa moghtija mill-Ministru Evarist Bartolo, il-Ministru Edwin Grech u l-Ministru Michael Farrugia, inghatat informazzjoni dwar l-ewwel fazi tal-programm ghall-edukazzjoni ghal tfal bi bzonnijiet specjali.
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia, qal li c-Child Development Assessment Unit (CDAU) fi hdan id-Dipartiment tas-Sahha jiehu hsieb l-aspett mediku f'dan il-programm. Fis-CDAU hemm team specjalizzat multi-dixxiplinarju li jikkonsisti f'Konsulent, Senior Registrar, Psikologista, zewg Occupational Therapists, erba' Physiotherapists, Orthopodist, Audiologist, tliet Infermiera, u hames Early Intervention Teachers.
Dawn kollha jahdmu flimkien sabiex l-assessment ikun qieghed isir b'mod professjonali u minn kull aspett tad-disabilita' tat-tfal.
Il-Ministru Farrugia qal li tobba, specjalisti u persuni ohra jirreferu t-tfal lis-CDAU u minn hemm jibda x-xoghol preparatorju sabiex it-tfal ikun jistghu jintegraw ruhhom aktar meta jidhlu fl-iskejjel. Izda kompla l-Ministru l-genituri m'ghandhom qatt ihallu problemi fit-tfal jikbru u jhallu mil-lum ghal ghada sabiex jiehdu lit-tfal ghand professjonista ghaliex il-hsara tista tiggrava u ssir irreparabbli.
Il-Ministru Farrugia qal ukoll li fis-CDAU jigu rreferuti mitejn kas gdid kull sena, waqt li bhala total ikun hemm disa mitt persuni b'kazijiet generali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922