Left arrow Mur Lura

Imniedi ktejjeb ta' taghrif dwar l-Aids u l-HIV

PR0817
Date Icon 06/05/1998

Il-persuni kollha nfettati bl-HIV se jkunu jistghu jiehdu l-kura b'xejn fil-futur qarib. Dan habbru l-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia waqt li gie imniedi ktejjeb b'taghrif dwar l-AIDS u l-HIV. Il-Ministru qal li dan huwa servizz gdid offrut mill-Gvern Malti ghall-gid tac-cittadini Maltin u Ghawdxin. Gie mfassal protokoll mediku sabiex dawk il-persuni nfettati bl-HIV jkunu jistghu jinghataw il-kura meta suppost. Din il-medicina trid tinghata lill-pazjent fil-mument opportun, biex tkun l-aktar effettiva. Huwa stmat li l-kura tiswa madwar Lm350 kull xahar kull persuna u li fix-xenarju prezenti tal-marda tal-HIV tigi tiswa eluf ta' liri.

Il-Ministru Farrugia qal li l-medicina ghall-HIV ma tfejjaqx, izda din ittawwal iz-zmien qabel jitfacca l-AIDS. Ghalhekk din il-medicina taghti kwalita' ahjar u itwal ta' hajja, li f'hafna kazi taghti opportunita' lil persuni li jbaghtu bl-HIV li jghixu hajja aktar normali. Minn huwa nfettat bl-HIV xorta jista' jittrazmetti l-marda lil haddiehor.

L-informazzjoni f'dan il-ktejjeb giet migbura minn Dr Norman Shaw mid-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha u Relazzjonijiet Internazzjonali. Il-ktejjeb gie ppublikat bl-ghajnuna tal-Malta International Airport u ser jitqassam mill-ajruport ta' Malta, kif ukoll mic-Centru Taghrif ghal Sahhtek u mic-Centri tas-Sahha.

Il-Ministru Michael Farrugia qal li dan il-ktejjeb huwa mmirat partikolarment ghal dawk ic-cittadini Maltin li jkunu ser isiefru, kif ukoll ghal dawk it-turisti li jzuru il-gzejjer Maltin.

Il-Gvern Malti qieghed f'kuntatt kontinwu mall-Ghaqda Dinjija tas-Sahha, kif ukoll mall-U.N.A.I.D.S. Il-Ministru qal li l-ewwel kaz ta' AIDS rappurtat fid-dinja kien fl-1959, fil-post maghruf qabel bhala l-Belgian Congo. Skond rapport minn hames agenziji tal-United Nations, kull minuta 5 persuni madwar id-dinja ta' eta' bejn l-10 u l-24 sena jigu nfettati bil-mikrobu tal-HIV, li tista twassal ghall-marda qerrieda tal-AIDS. Dan ir-rapport jghid ukoll li mill-anqas 10 miljun, mit-30 miljun ruh, li huma nfettati bl-HIV huma taht l-24 sena. Sas-sena 2020, ser ikun hawn 40 miljun orfni taht il 15-il sena fit-23 pajjiz li huma l-aktar affettwati mill-HIV. 1.7 miljun zaghzugh u zaghugha fl-Afrika jkunu infettati bl-HIV kull sena, u 700,000 fl-Azja u fil-Pacifiku. Mill-1994, ir-rati ta'infezzjonijiet bl-HIV fl-Ewropa tal-Punent zdiedu b'sitt darbiet.

F'Malta, in-numru ezatt ta' kazi ta' HIV mhux maghruf, imma huwa stmat li jilhaq madwar mitt ruh. Madwar 45 ruh kienu jbatu mill-AIDS, li 41 minnhom illum huma mejta.

Ghalhekk huwa importanti li kemm f'Malta, kif ukoll meta wiehed isiefer, wiehed jiehu l-prekawzjonijet kollha u ma jahrabx mir-realta' tal-hajja.

Il-Ministru Michael Farrugia rringrazzja lill-Ministru Joe Debono Grech, kif ukoll lill-Malta International Airport ghall-koperazzjoni taghhom mad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha, biex dan il-ktejjeb seta' jigi ppubblikat.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow