Left arrow Mur Lura

L-Ambaxxatur Franciz jaghmel zjara tal-ahhar lill-Ministru George Vella

PR0815
Date Icon 06/05/1998

Fl-okkazjoni tat-tluq tieghu minn Malta, l-Ambaxxatur Franciz Patrick Amiot ghamel zjara ta' kortezija lill-Ministru ghall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, l-Onor. George W. Vella. L-Ambaxxatur Amiot esprima s-sodisfazzjoni taz-zewg nahat wara z-zjara ricenti tal-Prim Ministru Malti f'Parigi u awgura li d-djalogu politiku bejn iz-zewg pajjizi jibqa' miexi bl-istess rittmu.

Il-Ministru Vella u l-Ambaxxatur Franciz iddiskutew relazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikulari il-qaghda fil-Mediterran u s-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani. F'dan il-kuntest, il-Ministru Vella accenna ghal-laqgha ministerjali tal-Forum Mediterranju, li saret f'April li ghadda u enfasizza l-importanza ta' dan il-forum, kif ukoll dik tal-Process Ewro-Mediterranju. Ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea gew ukoll diskussi.

Il-Ministru Vella esprima r-ringrazzjament ghax-xoghol u l-kooperazzjoni ta' l-Ambaxxatur Amiot li ghenu biex ikomplu jsahhu r-relazzjonijiet tajba bejn Malta u Franza.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow