L-Awtorita' tad-Djar qed tinnegozja x-xiri ta' 240 post minghand il-privat
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli qal li l-appell li kien ghamel biex sidien ta' postijiet battala jbieghuhom lill-Awtorita' tad-Djar intlaqa' tajjeb, tant li sal-lum diga' hemm 32 proprjetarju li jridu jbieghu l-proprjetajiet taghhom lill-Awtorita'.B'kollox dawn is-sidien qeghdin joffru mal-240 post.
Il-Ministru qal dan f'laqgha li kellu dalghodu mal-Kunsill Lokali tal-Kalkara li saret fil-bini tal-Kunsill. Huwa appella lill-Kunsill biex jidentifika il-postijiet battala tal-Kalkara u anke jidentifika lis-sidien u jhajruhom johorgu il-postijiet taghhom ghall-bejgh jew ghall-kiri. Huwa qal li llum l-Awtorita' tad-Djar qeghda tistieden bl-aktar mod trasparenti lis-sidien ta' postijiet battala biex, jekk iridu, jbieghulha l-proprjeta' taghhom.
Is-Sur Portelli kompla jghid li f'dan il-lokal m'ghadx fadal art fejn wiehed jista' jibni u l-Gvern huwa kommess li jhares l-ambjent. Huwa qal li minhabba f'hekk il-problema ta' xi bini battal li hemm fil-Kalkara ssir aktar urgenti.
Il-Ministru Portelli semma wkoll ix-xoghol estensiv li qieghed isir f'bini residenzjali tal-Gvern li jkollu bzonn tiswija. Huwa qal li anke fil-Kalkara sar hafna xoghol bhal dan u semma li f'dawn l-ahhar 18-il xahar sar xoghol fuq 38 post. Barra minn hekk diga' ntalab il-permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex isir gnien fi Triq is-Salvatur, fil-Qasam tad-Djar fl-inhawi ta' Bighi.
Il-Ministru rega' tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jaghti aktar setghat lill-Kunsilli Lokali. Huwa qal li bhalissa qieghed ikollu konsultazzjonijiet bil-ghan li jsir tibdil fil-ligi, l-aktar fejn tidhol il-kodici ta' l-etika u anke biex jissewwew xi difetti ezistenti fil-ligi. Huwa qal li qeghdin isiru tahditiet ohra biex jinholqu l-gwardjani lokali u anke biex certi permessi minn idejn il-pulizija jghaddu f'idejn il-Kunsilli.
Waqt din il-laqgha, is-Sindku u l-Kunsillieri prezenti ddiskutew diversi suggetti konnessi mal-Housing u l-Kunsilli Lokali. Wara l-laqgha, il-Ministru flimkien mal-membri tal-Kunsill, zar il-Qasam tad-Djar fl-inhawi ta' Bighi fil-Kalkara fejn iltaqa' u tkellem ma' residenti dwar xi problemi taghhom.Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922