Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari Louis Buhagiar jindirizza Seminar ghall-Anzjani ta' Hal Tarxien

PR0807
Date Icon 05/05/1998

Is-Segretarju ghall-Anzjani fahhar lill-anzjani ta' Hal Tarxien ghall-partecipazzjoni numeruza ghall-dan is-Seminar. Il-Kunsill Lokali ta' Hal Tarxien qed jahdem hafna biex dejjem jinforma lill-anzjani kif jistghu jghixu hajja aktar kuntenta u mimlija sahha. It-Tabib Buhagiar fahhar l-ghazla tas-suggetti interessanti u rringrazzja lill-kelliema tal-kollaborazzjoni taghhom biex igibu 'l quddiem il-kawza ta' l-anzjani.

L-1999 hija s-sena ddedikata ghall-anzjani. Il-Gnus Maghquda qed tistieden lis-socjeta' biex tahseb kif nistghu ngibu 'l quddiem il-hajja ta' l-anzjani. Is-Segretarjat waqqaf National Focal Point biex jistudja idejat li jistghu johorgu bihom. Dan il-kumitat ghandu bzonn ukoll l-ghajnuna tal-Kunsilli, peress li dawn ghandhom kuntatt dirett ma' l-anzjani. Huwa stieden lill-Kunsilli biex jghaddu s-suggerimenti taghhom lill-dan il-kumitat. Anke l-istess anzjani ghandhom johorgu b'idejat ghax huma biss jistghu jidentifikaw il-problemi reali taghhom.

It-tema tas-sena ta' l-anzjani hija 'Socjetà ghal-Generazzjonijiet Kollha.' L-anzjani jistghu jibqghu attivi ghalhiex wara li johorgu bil-pensjoni jkun ghad fadallhom madwar 20 sena. L-anzjani huma sinjuri hafna fl-esperjenza u ghalhekk jistghu jkunu sors kbir uman. Il-pajjiz ghandu bzonn ta' l-ghaqal ta' l-anzjani. Hemm bzonn li l-haddiema, zghazagh u tfal jaghrfu aktar il-bzonn ta' l-esperjenza ta' l-anzjani. Min-naha l-ohra l-anzjani jridu jzommu kuntatt ma' nies ohra u ma jemarginawx ruhhom. Is-socjetà hija katina, wiehed ghandu bzonn l-iehor. L-anzjani tal-lum hadmu hafna sabiex iz-zghazagh ta' llum ghandhom hajja komda. Ghalhekk iz-zghazagh ghandhom id-dmir li jghinu lill-anzjani meta huma jkollhom bzonn.

It-Tabib Buhagiar ferah hafna lill-anzjani ta' Hal Tarxien ghall-hegga kbira li urew.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow