L-Ambaxxatur Taljan jiltaqa' mal-Ministru George Vella
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W Vella, il-bierah laqa' l-Ambaxxatur ta' l-Italja ghal Malta, Dott. Giancarlo Riccio.
Waqt din il-laqgha gew reveduti r-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjizi fl-isfond tat-tahdidiet li l-Ministru Vella kellu mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan, Lamberto Dini, f'Palma de Majorca, fejn kienu qeghdin jattendu ghal-laqgha ministerjali tal-Mediterranean Forum. Delegazzjoni Taljana ghandha tigi Malta aktar tard din il-gimgha sabiex jitkomplew in-negozjati bejn iz-zewg pajjizi dwar il-koperazzjoni fil-qasam tas-sigurta', f'dak li ghandu x'jaqsam mal-glieda kontra t-tixrid tad-droga, movimenti illegali, kif ukoll il-hasil ta' flus.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922