Parental Leave ghall-Impjegati tal-Gvern
B'referenza ghal dak li deher fl-istampa dwar il-Parental Leave, tajjeb li jkun iccarat illi c-Cirkolari 15/98 li harget mill-Ufficcju tal-Prim Ministru, ma naqset l-ebda drittijiet li l-impjegati tal-Gvern kienu jgawdu qabel.
Kuntrarjament ghal dak li deher fl-istampa, 'id-diskrezzjoni amministrattiva' li ghaliha hu suggett dan it-tip ta' leave tapplika biss ghal dawk ic-cirkostanzi msemmija fl-istess Cirkulari, jigifieri sabiex jinqata' l-abbuz u jsir ahjar l-ippjanar tar-rizorsi umani tad-Dipartimenti. Dan l-ippjanar ta' rizorsi umani huwa necessarju ghaliex jista' jkun hemm bzonn li jigu ngaggati, fuq bazi temporanja, numru ta' impjegati sabiex jwettqu x-xoghol ta' dawk li jkunu fuq dan it-tip ta' leave. Dan l-ingagg temporanju jassigura illi d-Dipartimenti tal-Gvern ikunu jistghu jzommu l-istess livell ta' servizz.
L-impjegati li qeghdin fuq il-Parental Leave ghandhom jergghu japplikaw u jiddikjaraw jekk is-sieheb jew siehba taghhom ghandu jew ghandhiex xoghol 'full time'. Din il-mizura hija intiza sabiex jinqatghu l-abbuzi li kien hemm u biex jigi zgurat illi dan it-tip ta' leave jintuza ghall-iskop li jkun inghata.Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922