Left arrow Mur Lura

Progett ta' Housing ghal Bormla

PR0799
Date Icon 05/05/1998

Il-Ministeru ghad-Djar ghandu progettat 158 post ta' abitazzjoni gdid f'Bormla. Minn dawn hemm 17-il appartament li diga' bdew jinbnew. Dan habbru l-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, meta llum iltaqa' mal-Kunsill Lokali ta' Bormla. Huwa qal li fi Triq San Gwann biss mistennija jinbnew mas-70 appartament. Dan il-progett wahdu qieghed jitqies bhala l-akbar progett ta' twaqqiegh u zvilupp f'dawn l-ahhar 40 sena.

Fid-diskors tieghu l-Ministru ta' rendikont tal-hidma li twettqet f'dawn l-ahhar 18-il xahar minn meta sar Ministru. Huwa qal li l-progett ta' housing ghal Bormla qieghed jigi stmat li jiswa madwar Lm2,400,000. Il-Ministru semma wkoll ix-xoghol estensiv li saru f'tiswijiet ta' postijiet tal-Gvern li f'dawn l-ahhar sena u nofs lahqu 'l 200-il bicca xoghol.

Is-Sur Portelli qal li sa mill-bidu li sar Ministru kien beda jitratta l-problemi ta' housing f'Bormla b'mod globali jigifieri li jinstabu siti ghall-bini, jigu rijabilitati u rigenerati djar sub-standard u perikoluzi, tinstab soluzzjoni immedjata ghall-kazijiet l-aktar akuti ta' housing u li jinstab post ghall-gnien pubbliku biex jinholoq xi ftit berah. Il-Ministru Portelli rega' appella biex sidien ta' postijiet battala privati jithajru jbieghhom lill-Awtorita' tad-Djar.

Huwa kompla jghid li f'Ottubru 1996 quddiem id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali kien hemm 325 applikazzjoni ghall-post alternattiv minn Bormlizi. Huwa qal li din illum nizlet ghal 315. Id-Dipartiment f'dan il-perjodu alloka 42 post.

Il-Ministru Portelli filwaqt li tkellem dwar il-problemi li l-Ministeru tieghu qieghed jiffaccja minhabba li f'Malta l-art hija skarsa, qal li din il-problema issir krizi jekk Malta tidhol fl-Unjoni Ewropea. Il-Ministru qal li shubija shiha ggib maghha, fost hafna zvantaggi, wiehed partikolarment allarmanti. Bi shubija shiha Malta tinfetah berah ghall-Ewropej li jkollhom kull dritt jigu Malta u influss kbir ta' barranin f'pajjiz ckejken bhal taghna zgur li jikkaguna spluzjoni fil-prezzijiet tal-propjeta'. Dan barra l-fatt li Malta hija diga' fost l-aktar pajjizi popolati fid-dinja bi skarsezza ta' art verament akuta.

Wara l-laqgha l-Ministru Portelli zar il-"Married Quarters" ta' San Nikola, f'Bormla, fejn dalwaqt jibda xoghol ta' tiswija bhal tikhil tal-faccati u xoghol iehor fil-partijiet komuni. Is-Sur Portelli ha l-opportunita' biex jappella lir-residenti f'postijiet tal-Gvern izommu r-residenzi taghhom fi stat tajjeb

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow