Prezentazzjoni lill-istampa tal-ktieb: L-iskola kif nixtieqha
Dalghodu fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni saret il-presentazzjoni lill-istampa tal-ktieb "L-iskola kif Nixtieqha".
Dan jinkludi fih kummenti u fehmiet ta' studenti fi skejjel Sekondarji, kemm ta' l-Istat kif ukoll tal-Knisja, dwar kif jixtiequ li tkun l-iskola taghhom.
Il-Ministru ghall-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali Evarist Bartolo qal li l-iskop wara dan il-ktieb mhux sempliciment biex jizdied in-numru ta' kotba, izda, aktar minn kollox biex l-istudenti jigu mhegga aktar jiktbu u jaqraw.
Qal ukoll li l-kitbiet ta' l-istudenti ghandhom jittiehdu in kunsiderazzjoni fil-bini tal-politika edukattiva ta' pajjizna.
Il-Ministru Bartolo qal li l-kitbiet ta' l-istudenti sekondarji, migbura fil-ktieb, iqajmu numru ta' mistoqsijiet fost l-edukaturi nfushom.
Il-ktieb fih sittax-il taqsima, li jinkludu fost l-ohrajn l-ambjent, ix-xoghol, l-uniformi, jekk ghandux ikun hemm bniet u subien imhalltin fl-iskejjel, l-ezamijiet u l-isports.
L-Iskola kif Nixtieqha, iddisinjat u prodott minn Trevor Zahra se jitqassam fl-iskejjel kollha ta' l-Istat, Privati u tal-Knisja.
Dan il-ktieb wasal wara l-ewwel publikazzjoni ta' kitbiet minn studenti ta' l-iskejjel Primarji, li kellu t-tema l-Iskola tal-Holm tieghi.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922