Ilmenti dwar servizz minn Spizerija tal-Gvern
B'riferenza ghall-intervista li dehret fl-ahbarijiet fuq is-Super I TV u li nstemghet ukoll fuq Super I Radio il-bierah, id-Dipartiment tal-Kura Primarja jsostni li l-problema ta' queues fl-ispizerija ta' Rahal Gdid hija wahda li ilha tezisti ghall numru ta' snin. Din il-problema hija dovuta ghall-fatt li l-ispizerija hi zghira ghan-numru ta' nies li jattendu fiha. Id-Dipartiment qed jahseb biex itaffi din il-problema billi jiftah spizerija fic-centru tas-sahha ta' Bormla. Wara jkun jista' jkabbar dik ta' Rahal Gdid meta dan ic-centru tas-sahha jigi refurbished s-sena d-diehla.
Id-Dipartiment jichad li fl-ispizeriji qed ikun hemm xi kwantita kbira ta' medicini out of stock kif insinwa membru tal-pubbliku intervistat u jfakkar fit-titjib konsiderevoli li sar f'dan il-qasam matul dawn l-ahhar xhur. Minn investigazzjonijiet li saru wara stqarrija ta' wiehed mill-intervistati li nhar it-Tlieta 28 ta' April huwa ma nqediex minkejja li mar l-ispizerija fid-disgha u nofs ta' filghodu irrizulta, li kuntrarju ghal dak li ntqal, kull min attenda l-ispizerija sas-siegha nieqes kwart ta' wara nofs inhar kien moqdi.
Id-Dipartiment jirribatti wkoll kull insinwazzjoni li l-queues huma dovuti ghall-ineffficjenza ta' l-istaff u jsostni li l-figuri ta' l-attendenzi jsostnu l-fatt li l-impjegati ta' din l-ispizerija qed jaghmlu minn kollox biex il-pubbliku jkun moqdi. Il-pubbliku huwa mfakkar li min jattendi l-ispizerija u ma jkollux id-dokumenti kollha necessarji, jew dawn ikunu skaduti, ma jkunx jista' jinghata l-medicina. Hemm numru ta' nies li jattendu biex jigbru l-medicini taghhom u jkollhom il-karta r-roza li hija skaduta u ghalhekk mhix valida bil-konsegwenza li l-medicini ma jistghux jinghataw. Barra minn hekk hemm nies li jippruvaw iqabbzu lil haddiehor b'mezzi illeciti. Dan kollu johloq disgwid u dewmien.
Il-pubbliku huwa mheggeg biex jikkopera ma' l-ispizjara u ma johloqx argumenti bla bzonn, li minbarra li jqajmu hafna storbju jtellfu hafna hin b'dannu ghal min ikun qed jistenna.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922