Left arrow Go Back

Iz-zjara tad-Deputat Prim Ministru George Vella fil-Lussemburgu

PR0780
Date Icon 30/04/1998

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent, Dr. George W. Vella, zar il-kwartieri tal-Kummissjoni Ewropea fil-Lussemburgu, nhar it-Tlieta 28 ta' April 1998. Iz-zjara tad-Deputat Prim Ministru kienet tikkoncerna il-laqgha ta' l-Association Council li ssir kull sena bejn Malta u l-Unjoni Ewropea fi hdan l-Association Agreement li pajjizna ghandu mal-Komunita'. Din kienet l-ghaxar laqgha bejn iz-zewg nahat.

Il-laqgha ssir f'dak li jsejhulu "il-margini tal-General Affairs Council" jigifieri wara l-laqgha ta' kull xahar li ghaliha jattendu l-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin tal-Komunita' biex jiddiskutu l-materji li jaqghu taht il-mandat taghhom. Il-laqgha ta' din is-sena kienet tirrigwarda l-proposta ta' Malta ghal ftehim ta' kummerc hieles mal-Komunita'.

F'Novembru 1996, id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent kien informa l-General Affairs Council li Malta ma kienitx ser issegwi aktar politika ta' shubija mal-Komunita, imma skond il-mandat tal-Gvern fl-elezzjonijiet ricenti, kienet ser titlob protokoll ta' kummerc hieles kif ukoll relazzjoni mill-qrib fuq policies li huma ta' interess ghaz-zewg nahat.

Minn dak iz-zmien Malta hadmet mal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea biex tispjega aktar fid-dettal din il-posizzjoni gdida tal-Gvern Malti u kif dan il-ghan jista jintlahaq bl-ahjar mod.

Fi Frar 1998, il-Kummissjoni ta' l-Ewropa baghtet rapport lill-Kunsill tal-Ministri fejn tat kwadru dettaljat ta' x'jehtieg isir biex jintlahaq ftehim. Il-Gvern Malti kien iddiskuta dan ir-rapport u sar qbil li l-Kunsill tal-Ministri jaghti l-awtorita' lill-Kummissjoni biex tinnegozja ma' Malta protokoll gdid dwar il-kummerc hieles.

Il-laqgha li saret aktar kmieni din il-gimgha kienet proprju ghal dan il-ghan. F'din il-laqgha inqraw diskorsi miz-zewg nahat fejn affermaw l-intenzjoni taz-zewg nahat li jipprocedu ghal-protokoll gdid ta' kummerc hieles, id-diskorsi ukoll accennew ghal dawk il-mizuri li huma mehtiega biex jintlahaq ftehim.

Fi tmiem il-laqgha, iz-zewg nahat qablu u ppubblikaw tlett dikjarazzjonijiet kongjunti. Wahda minn dawn id-dikjarazzjonijiet tittratta dwar ir-relazzjonijiet futuri bejn iz-zewg partijiet. Dawn ir-relazzjonijiet jinkludu mhux biss ftehim ta' kummerc hieles bejn iz-zewg nahat, imma ukoll koperazzjoni f'diversi oqsma bhal l-energija, l-ambjent, it-trasport, l-industrija, l-edukazzjoni, t-tahrig u z-zghazagh, politika tal-konsumatur u s-sahha, ir-ricerka, il-komunikazzjoni u t-turizmu u l-kultura. F'dan id-dokument, l-Unjoni tirrikonoxxi li r-ristrutturazzjoni mehtiega mill-industrija Maltija biex tissieheb fil-kummerc hieles, kienet ta' bejn hamsa u seba' snin.

It-tieni dikjarazzjoni tittratta dwar id-decizzjoni taz-zewg nahat li jfittxu djalogu politiku li jghin halli jqarreb iz-zewg nahat fl-oqsma internazzjonali. Il-ftehim jinkludi ukoll tishih fil-koperazzjoni dwar il-politika u s-sigurta' partikolarment fir-regjun tal-Mediterran.

It-tielet dikjarazzjoni tittratta dwar ftehim li jkun hemm koperazzjoni f'dak li ghandu x'jaqsam mal-gustizzja u l-affarijiet interni. Iz-zewg nahat qablu fost affarijiet ohra li jfittxu u jsahhu koperazzjoni bejn il-pulizija u d-dwana biex jiggieldu ahjar kontra t-traffikar tad-drogi, it-terrorizmu, hasil ta' flus u kriminalita' ohra ta' natura internazzjonali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow