Iffirmat ftehim bejn il-Gvern, il-Kurja u disa' Kunsilli Lokali f'Ghawdex
Gie iffirmat il-ftehim bejn il-Gvern, il-Kurja u Disa' Kunsilli Lokali ta' San Lawrenz, Ghasri, Zebbug, Ghajnsielem, Munxar, Qala, Fontana, Xewkija, u Sannat, ghat-twaqqif ta' Day Care Centre ghall-anzjani f'Ghajnsielem Ghawdex, quddiem in-nutara tal-Gvern Dottor Mary Debono Borg.
Il-firmatarji kienu is-Sur Frank Psaila is-Segretarju Permanenti, ghan-naha tal-Gvern, Dun Manwel Curmi bhal rapprezentant tal-Kurja, u s-Sindki u s-Segretarji tal-lokalitajiet imsemmija.
L-oqsma ta' kooperazzjoni u titjib bejn is-Segretarjat u l-Knisja f'Ghawdex ghal benificcju tal-komunita, kienu gew diskussa iktar kmieni din is-sena fl-laqgha li kienet saret mill-Onor Anton Refalo is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex u l-Eccellenza Tieghu Mons Isqof Nikol Cauchi fil-Kurja.
Dan ic-Centru li l-Knisja qed tpoggi ghad-dispozizzjoni ta' dan il-progett kien jaghmel parti mid-Dar ta' San Guzepp illi fl-imghoddi serva bhala dar tat-tfal. Din l-inizjattiva ser twassal biex Ghawdex ikollu l-ewwel Day Care Centre ghall-anzjani.
Il-ftehim li ghandu validita ta' sentejn, ikopri r-responsabilita tac-Centru li ser tkun f'idejn il-Kurja, il-Gvern permezz tas-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex u mill-Kunsilli Lokali msemmija iktar kmieni. Filwaqt li t-tmexxija tal-istess Centru tkun f'idejn il-Kumitat tat-Tmexxija maghmul minn zewg membri mahtura ta' kull parti firmatarja.
B'dan il-ftehim il-Gvern se jghin b'rizorsi umani ghall-organizzazzjoni efficjenti tal-affarijiet, u ghall-manutenzjoni ordinarja li tinqala matul iz-zmien ta' dan il-ftehim.
Il-Kunsilli Lokali partecipanti ta' dan il-ftehim se jikkontribwixxu ghaxar liri maltin (Lm10) ghall kull mitt persuna residenti fil-lokal, belt jew rahal taghhom, ghat-trasport tal-istess anzjani.
Ic-Centru ser jservi sabiex jilqa anzjani mid-0900 sas-1330, bi hlas ta' lira maltija (Lm1) kull persuna, li jkopri ikel, divertiment, trasport u servizzi neccessarji ohra. Mahsuba ukoll zewg hargiet fil-gimgha lill-istess anzjani.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922