L-Onor. Joe Cilia jindirizza l-partecipanti tal-maratona tal-Hairdressing and Beauty Therapy
Is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u l-Arti, l-Onorevoli Dr. Joe Cilia, ipprezenta it-T-Shirt lill-participanti li ser jiehdu sehem f'maratona ta' 35 siegha bejn il-Hadd, 3 u t-Tnejn, 4 ta' Mejju 1998 fl-iskola tal-Hairdressing and Beauty Therapy fi Triq Rudolph, b'risq il-Youth Hostel tas-Salesjani Osanna Pia, l-OASI Foundation, t'Ghawdex u d-Deaf People Association. Waqt il-maratona z-zghazagh partecipanti ser joffru servizz lill-pubbliku bi hlas moderat, biex jingabru fondi ghal zghazagh zvantaggati u emarginati.
L-Onor. Cilia fahhar din l-inizjattiva li qed tindara sew aktar ma jghaddi z-zmien. Hu fahhar l-altruwizmu ta' dawn iz-zghazagh li lesti jaghmlu sagrificcji kbar basta jghinu lil zghazagh li huma anqas fortunati minnhom.
L-Onor. Cilia fakkar kif din is-sena l-iskola tal-Hairdressing u Beauty Therapy giet ippremjata bit-tieni post fil-konkors "Gharfien Nazzjonali - Zghazagh fis-Socjeta'", konkors imniedi mis-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti fejn jigu ppremjati l-ghaqdiet taz-Zghazagh ghax-xoghol volontarju li jaghmlu. Is-Segretarju Parlamentari qal lill-partecipanti prezenti li r-rebh ta' dan l-unur juri bic-car kemm hawn min qed jara u jsegwi x-xoghol li qed isir.
Is-Segretarju Parlamentari ghamel referenza ghall-persunagg ewlieni ghal hafna zghazagh li jattendu din l-iskola, Alfie Rizzo. Hu rrefera ghal Alfie bhala s-sinsla ewlenija ta' din il-maratona u x-xoghol li kien jaghmel Alfie issa qed isir minn persuni dedikati li Alfie kien jahdem maghhom bi spirtu ta' hbiberija. "Alfie Rizzo m'ghadhux maghna izda jidher fic-car li halla t-timbru tieghu f'din l-iskola. Ix-xewqa ta' Alfie Rizzo kienet li din is-sena tingabar is-somma ta' Lm10,000 u ghalhekk nappella lill-pubbliku in generali biex jaghmel uzu minn dan iz-servizz u jghin lil haddiehor li ghandu bzonn." temm jghid l-Onor. Cilia.
Wara saret il-prezentazzjoni tat-T-Shirts lill-participanti tal-maratona fil-prezenza tal-kap ta' l-Iskola, Ms. D. Meli.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922