Il-Ministru Alfred Portelli jara xoghol ta' tiswija f'Birzebbuga
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu zar il-Qasam tad-Djar ta' Birzebbuga fejn bhalissa qieghed isir xoghol estensiv ta' tiswijiet fuq il-blokki ta' appartamenti tal-Gvern. Dan ix-xoghol qieghed isir bhala parti mill-inizjattiva li ha l-Ministru Portelli biex tigi intensifikata l-hidma ta' tiswijiet fi blokki tal-Gvern f'Malta u f'Ghawdex. Ix-xoghol qieghed isir mill-haddiema tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar tal-Gvern tal-Ministeru ghad-Djar.
F'Birzebbuga qieghed isir xoghol fuq erba' blokki. Il-progett ta' Birzebbuga nbeda dan l-ahhar wara li ntemm il-progett l-iehor li sar fuq blokki fil-Qasam tad-Djar tal-Marsa u f'Okella Agius, fil-Marsa. Fil-progett tal-Marsa sar xoghol fuq madwar 30 blokk u tlesta fi zmien xahrejn, flok t-tliet xhur ippjanati.
Bhalissa haddiema mill-istess Dipartiment qeghdin jaghmlu xoghol ta' tiswija fuq 13-il blokk fil-Qasam tad-Djar ta' San Gwann u fuq zewg blokki f'Pembroke.
Minn Novembru tal-1996 dan id-Dipartiment wettaq 2,923 bicca xoghol fi blokki u postijiet ohra tal-Gvern bi spiza ta' madwar Lm 800,000. F'Novembru tal-1996 beda jsir aktar xoghol kull sena aktar milli kien isir fi zmien l-Amministrazzjoni precedenti.
Flimkien mal-Ministru kien hemm is-Sur Anton Camilleri, Direttur tad-Dipartiment, il-Konsulent tal-Ministru, Dr. Stefan Buontempo, is-Sur Michael Micallef, Segretarju Personali tal-Ministru u s-Sur John Spiteri, Ufficjal Tekniku Ewlieni, responsabbli mit-Taqsima tat-Tiswijiet.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922