Il-Ministru Michael Farrugia jipprezenta ittri ta' hatra lill-impjegati tad-Dipartiment tas-Sahha
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia qal li jehtieg li l-impjegati kollha jahdmu bhala teamwork ghaliex b'hekk isir aktar xoghol ghall- gid tal-pazjenti fl-isptarijiet.
Il-Ministru Farrugia qal dan waqt li ta ittri ta' hatra lil ghadd ta' mpjegati fid-Dipartiment tas-Sahha, fosthom Chairman tal-Patologija, konsulent, assistenti diretturi fis-settur farmacewtiku, spetturi sanitarji kif ukoll infermiera.
Huwa semma l-importanza tat-tmexxija tajba, b'mod modern kif ukoll semma l-fatt li kull impjegat mill-kbir saz-zghir huwa mportanti ghaliex huwa holqa minn katina li tghaqqad is-servizzi kollha offruti mid-dipartiment kollu tas-sahha ghac-cittadini Maltin u Ghawdxin.
Il-Ministru semma' wkoll li kontra dak li jinghad, il-promozzjonijiet li nghataw permezz ta' certifikati tal-hatra jxejjen dak li hafna drabi jinghad li mhux qed jinghataw opportunitajiet ta' promozzjonijiet fis-settur tas-sahha. Huwa semma kif numru ta' haddiema li qeghdin fuq bazi kazwali jsirulhom l-interviews halli jsiru tal-post.
Fl-ahhar, il-Ministru Michael Farrugia ferah lill-impjegati u awguralhom success fil-karriera taghhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922