Diskussjonijiet dwar it-tieni fazi tal-progett ta' Wied il-Qlejgha ma' l-Ambaxxatur il-gdid Taljan
Il-holma tal-bdiewa u tac-cittadini kollha Maltin li Wied il-Qlejgha jigi rijabilitat kull ma jmur qed issir realta.
Hekk intqal lill-Ambaxxatur il-gdid Taljan ghal Malta Dr Giancarlo Riccio matul iz-zjara ta' kortezija li dalghodu ghamel lill-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia.
Il-Ministru gharraf lill-Ambaxxatur Taljan li x-xoghlijiet fuq din it-tieni fazi qed isiru mill-haddiema tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura bl-ghajnuna ta' l-Armata ta' Malta u tal-Missjoni Militari Taljana u mistennija jitlestew f'Dicembru ta' din is-sena.
It-teknika il-gdida li qed tigi applikata fix-xoghlijiet ta' rijabilitazzjoni tal-Wied hija taht id-direzzjoni ta' l-Esperti Maltin flimkien ma' Esperti Taljani ta' l-Istitut Agronomiku ta' Bari, CIHEAM.
B'rizultat ta' din il-konsulenza u ta' dawn ix-xoghljiet qed ikun possibli li tinghata kwantita ta' hamrija ta' kwalita gholja lill-bdiewa, tikber il-hazna ta' l-ilma gieri ghat-tisqija ta' l-ucuh tar-raba u jigi evitat kull impatt ta' dannu fuq l-ekologija, l-idrologija u l-geologija mix-xoghlijiet li qed jsiru fil-Wied.
Matul il-laqgha gew diskussi l-opportunitajiet ta' koperazzjoni fl-industrija tal-majjal, tal-hut u l-Agriturizmu u kif ukoll kif tista' tikber l-esportazzjoni tal-majjal frisk lejn is-suq Taljan.
L-Ambaxxatur Taljan awgura lill-Ministru tal-Biedja u Sajd success fid-diskussjonijiet li se jkollu mal-Comune di Tarquinia fil-Provincia ta' Viterbo fi tmiem din il-gimgha ma' l-Assessur Mauro Mazzola u mas-Sindku Prof Maurizio Conversini kif ukoll ma' numru ta' koperattivi Taljani fir-regjun.
B'dan il-pass, temm jghid l-Ambaxxatur Taljan, se jkun possibli li l-koperattivi tal-bdiewa, rahhala u sajjieda Maltin u Taljana jizviluppaw holqa ta' koperazzjoni li trendi ghall-beneficcju reciproku.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922