Il-Ministru Alfred Portelli jiddiskuti l-problemi tal-Housing ma' studenti Universitarji
Studenti li qeghdin jattendu ghall-korsijiet tal-Bacellerat fl-Arti u d-Diploma fil-Hidma Socjali u Amministrazzjoni Socjali, fl-Universita' ta' Malta, illum saru jafu aktar dwar il-problemi socjali u l-housing f'laqgha li kellhom mal-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali s-Sur Alfred Portelli fil-bini tal-Universita' f'tal-Qroqq.
Il-Ministru meta kien iwiegeb ghall-mistoqsijiet li sarulu tkellem dwar il-hidma li qeghda ssir biex dawn il-problemi jittaffew. Is-Sur Portelli semma r-riforma li saret fix-xhur li ghaddew fil-Housing Advocacy Board li huwa maghmul minn Social Workers minn diversi taqsimiet governattivi u ghaqdiet ohra mhux governattivi li jiltaqghu flimkien regolarment biex iressqu u jippruvaw isolvu kazijiet socjali akuti ta' housing.
Il-Ministru semma wkoll il-hidma li qeghda titwettaq mill-Ministeru tieghu biex jerga' jqajjem fil-pajjiz is-suq tal-kiri ta' djar u dan bil-ghan li jagevola lil dawk li ma jifilhux jixtru imma jkunu kapaci biss li jhallsu kera.
Huwa qal li fost l-ewwel decizjonijiet li ha bhala Ministru, wara Novembru tal-1996, kienet li waqqaf Kummissjoni biex tirrevedi u tikkonsolida l-ligijiet tal-kera. Din saret bil-ghan ewlieni li thajjar sidien ta' postijiet battala biex johorguhom fis-suq wara li l-emendi li kienu saru fl-1995 ma tawx il-frott mixtieq.
Huwa tkellem ukoll dwar il-politika gdida li giet addottata mill-Awtorita' tad-Djar li l-postijiet li harget ghall-bejgh hargithom esklussivament ghal nies li qed jghixu fi djar sub-standard jew perikoluzi, ghal nies li qed jghixu ma' haddiehor u anke ghal nies bi htigijiet specjali. Dan bil-ghan li l-ewwel jinqdew dawk l-aktar fil-bzonn.
Din il-laqgha li saret fit-Teatru tal-Lectures numru 2, kienet organizzata mill-Ghaqda Studenti Hidma Socjali. Il-laqgha hadet forma ta' djalogu fejn il-Ministru wiegeb ghal bosta domandi interessanti li hafna mill-istudenti ghamlulu. Din kienet l-ewwel darba li dawn l-istudenti setghu jiddiskutu ma' Ministru ghad-Djar dwar din il-problema. Fl-ahhar tal-laqgha l-istudenti wrew ix-xewqa li jsiru aktar laqghat bhal dawn.
Prezenti kien hemm ukoll is-Sur Alfred Fiorini Lowell, Segretarju Permanenti, is-Sur Carmel Esposito, Direttur tad-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali, Dr. Stefan Buontempo, Konsulent tal-Ministru, is-Sur Victor Sciberras Grioli, General Manager tal-Awtorita' tad-Djar, Ms Sue Vella mill-Management Efficiency Unit u s-Sur Michael Micallef, Segretarju Personali tal-Ministru.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922