Wirja ta' l-Artist Zaghzugh Ghawdxi George Scicluna
Is-Sala ta' l-Esibizzjonijiet tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex bhalissa qed toffri lill-pubbliku x-xoghlijiet ta' l-artist zaghzugh mir-Rabat, George Scicluna. Scicluna qieghed jesebixxi sittax-il bicca ta' arti semi astratta.
Il-wirja giet inawgurata mis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo waqt serata socjali organizzata mill-Kunsill tal-Kultura fi hdan is-Segretarjat. Dr Refalo qal li Scicluna mmatura t-talenti artistici tieghu b'mod professjonali u bil-kisbiet tieghu jaghmel unur lill-Ghawdex fejn twieled u jghix.
Dr Refalo rringrazzja lill-Kunsill tal-Kultura li huwa responsabbli mill-organizzazzjoni ta' wirjiet ta' l-arti fis-Sala tal-Wirjiet u qal li l-hidma favur l-arti lokali qed thalli l-frott taghha u hija apprezzata mill-pubbliku. Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li s-Segretarjat tieghu se jsostni l-iskema ta' Ghajnuna ghall-Artisti Ghawdxin li kien introduca s-sena li ghaddiet bl-iskop li artisti lokali jkunu mghejjuna jizviluppaw it-talenti artistici taghhom.
Ix-xoghlijiet ta' George Scicluna se jibqghu esebiti ghall-pubbliku sad-9 ta' Mejju.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922