Left arrow Go Back

Il-Ministru Alfred Portelli jattendi ghal Jum Sannat f'Ghawdex

PR0762
Date Icon 29/04/1998

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, illum kien il-mistieden tal-Kunsill Lokali ta' Sannat fl-okkazjoni tac-celebrazzjoni ta' Jum Sannat. Qabel ic-cerimonja l-Ministru kellu laqgha mal-membri tal-Kunsill tal-lokal fejn gie milqugh mis-Sindku, Ms Rosanne Buttigieg.

Wara l-laqgha, il-Ministru attenda ghall-Quddiesa ta' l-okkazjoni fil-Knisja Parrokkjali u wara kien mistieden ghal riceviment li sar fil-bini tal-Kunsill. F'diskors li ghamel il-Ministru qal li kien ta' gieh ghalih li jattendi ghal din ic-cerimonja. Huwa qal li fil-bidu ta' din il-legislatura huwa ha hsieb li jaghti prijorita' lill-qasam tad-Djar f'Ghawdex, tant li f'zewg hargiet, l-Awtorita' tad-Djar f'Lulju tal-1997 u Jannar ta' din is-sena harget 26 maisonettes ghall-bejgh f'diversi rhula tal-gzira Ghawdxija.

Huwa qal ukoll li hemm il-hsieb li jinbnew 20 maisonette iehor fix-Xewkija li l-permess ghalihom mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mistenni johrog ma jdumx. Il-Ministru qal li qabel dawn iz-zewg hargiet f'Ghawdex kien ilu madwar hames snin ma johorgu postijiet mill-Gvern precedenti.

Il-Ministru tkellem ukoll dwar il-politika tal-Gvern rigward il-Kunsilli Lokali u qal li huwa bhala Ministru jinsab impenjat attivament biex ikompli jzid is-setghat lill-Kunsilli Lokali. Huwa xtaqilhom kull success fil-hidma taghhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow