Left arrow Mur Lura

Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent, Dr. George Vella jindirizza lill-Kunsill ta' Assocjazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea

PR0755
Date Icon 28/04/1998

Id-Deputat Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, Dr George W. Vella, dalghodu ndirizza lill-Kunsill ta' Assoccjazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropeja.

F'isem l-Unjoni tkellem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Ingliz Robin Cook li bhalissa jokkupa l-Presidenza ta' l-Unjoni. Huwa rrefera ghall-htiega li r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni jikbru permezz ta' ftehim ta' zona ta' kummerc hieles u koperazzjoni f'setturi ohra, bhal ma' huma ta' l-Industrija, l-Ambjent, it-Trasport, l-Energija u l-Edukazzjoni. Insista wkoll li d-djalogu politiku bejn Malta u l-Unjoni ghandu jissahhah u tizdied il-koperazzjoni fil-qasam tal-gustizzja u l-intern.

F'isem il-Kummissjoni tkellem il-Kummissarju responsabbli mit-tkabbir ta' l-Unjoni Hans Van Den Broek. Huwa kkonferma l-ghajnuna li lesta taghti l-Unjoni ghall-ristrutturazzjoni ta' l-Industrija Maltija biex din tilhaq livell gholi ta' kompetittivita sabiex Malta tkun tista' tibbenefika minn ftehim ta' kummerc hieles ma' l-Unjoni.

Il-Kunsill ta' Assoccjazzjoni adotta tliett dikjarazzjonijiet:

a) dikjarazzjoni fuq ir-relazzjonijiet futuri bejn Malta u l-Unjoni;

b) dikjarazzjoni bejn Malta u l-Unjoni fuq djalogu politiku;

c) dikjarazzjoni dwar koperazzjoni fil-qasam tal-Gustizzja u l-Intern.

Il-Vici Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni kellhom ukoll diskussjoni dwar il-process Ewro-Mediterranju u l-Lvant Nofsani.

(Dawn it-tlett dikjarazzjonijiet qed jintbaghtu ma' din l-Istqarrija ghall-Istampa.)

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow