Laqgha bejn is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex u delegazzjoni tal-GWU
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, l-Onor Dr Anton Refalo, laqa' fis-Segretarjat tieghu delegazzjoni tal-General Workers' Union immexxija mis-Segretarju Generali Jack Calamatta. Din iz-zjara kienet parti minn programm ta' attivitajiet f'Ghawdex tal-Union fl-okkazjoni ta' Jum il-Haddiem.
Dr Anton Refalo tkellem dwar il-hidma tas-Segretarjat tieghu f'diversi oqsma f'Ghawdex u tenna l-impenn tas-Segretarjat li juza l-fondi allokati ghal Ghawdex bl-iktar mod efficjenti possibbli. Fost il-hidma li ghaddejja bhalissa mis-Segretarjat, hemm l-allokazzjoni ta' haddiema li jwettqu snajja' diversi f'huts li jridu jinbnew apposta ghalihom u li decizjoni dwarhom trid tittiehed mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fil-gimghat li gejjin. Dr Refalo irrefera ghall-programm shih ta' xoghol li qieghed jitwettaq biex titjieb id-dehra ta' diversi postijiet f'Ghawdex.
Huwa tkellem ukoll dwar il-hidma li ghaddejja bejn is-Segretarjat tieghu, dipartimenti tal-Gvern u Korporazzjonijiet biex jigi identifikat xoghol li jista' isir f'Ghawdex, bil-ghan li jinholqu iktar postijiet tax-xoghol ghall-Ghawdxin f'Ghawdex stess. Is-Segretarju Parlamentari irrikonoxxa wkoll il-koperazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex min-naha tal-Knisja f'Ghawdex u l-Kunsilli Lokali, fit-twaqqif ta' centru ta' matul il-gurnata ghall-anzjani f'Ghajnsielem.
Is-Sur Jack Calamatta qal li l-General Workers' Union tirrikonoxxi l-problema tal-haddiema Ghawdxin li jkollhom jahdmu ghal snin twal Malta. Huwa rrefera wkoll ghar-ristrutturazzjoni ta' l-industrija u qal li f'dan il-process il-Union lesta li tghin fejn ikun hemm bzonn lill-membri taghha anke f'Ghawdex.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922