Left arrow Mur Lura

Zjara ta' kortesija minn Miss Malta lis-Segretarju Parlamentari Joe Cilia

PR0744
Date Icon 27/04/1998

Carol Cassar ta' 20 sena mill-Belt Valletta, rebbieha tal-Miss Malta Contest mniedi mill-G.M. Productions, dan l-ahhar ghamlet zjara ta' kortesija lis-Segretarju Parlamentari, Dr. Joe Cilia. Is-Sinjorina Cassar kienet akkumpanjata mis-Sur George Gatt Mangion, Direttur tal-G.M. Productions.

Is-Sinjorina Cassar gharrfet lill-Onor. Cilia li t-thejjijiet biex tirraprezenta lill-Malta fil-konkors ta' Miss Universe fil-Hawaii huma lesti. Fost il-hafna attivitajiet li s-Sinjorina Cassar ser ikollha ser ikun hemm zewg laqghat importanti tas-Sindku ta' Los Angeles u Hawaii. Din hi l-ewwel darba li s-Sinjorina Cassar ser tirraprezenta lill-Malta f'konkors tas-sbuhija. Ghal manifestazzjoni ta' din is-sena ser jiehdu sehem 80 pajjiz minn madwar id-dinja u din l-attivita' mondjali tigi segwita minn madwar sitt miljun telespettatur.

Minn naha tieghu, l-Onor. Cilia awgura lis-Sinjorina Cassar tax-xoghol li ghamlet s'issa u awgurala biex tkun ambaxxatrici denja ta' pajjizna. Hu xtaqilha kull success. L-Onor Cilia pprezenta 'token' lis-Sinjorina Cassar u ghaddilha 'token' ghas-Sindku ta' Los Angeles meta eventwalment is-Sinjorina Cassar tiltaqa' ufficjalment mieghu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow