Il-Ministeru tas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-familja jwiegeb lil MUMN
Il-Ministeru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja huwa sorpriz bl-istqarrija mahruga llum mill-Union ta' l-Infermiera u Qwiebel, MUMN. Fl-istqarrija tal-Union, intqal li l-Ministru Michael Farrugia qed jikkontradixxi lilu nnifsu meta qed jappella lill-pubbliku sabiex jaghmel aktar uzu mic-Centri tas-Sahha biex itaffi mill-pressjoni ta' xoghol fuq l-iSptar San Luqa u fl-istess hin twaqqfet Kummissjoni biex tanalizza liema Centri jistghu jnaqqsu mis-servizzi li joffru.
Minkejja l-laqghat li diga saru tal-Kummissjoni ghac-Centri tas-Sahha, ir-rapprezentant tal-MUMN jidher li sa issa ghadu ma fehimx l-iskop ta' dan l-ezercizzju.
Huwa fatt li ma jista' jichdu hadd, li matul il-lejl, jezistu zewg Centri tas-Sahha, fejn l-attendenza tac-cittadini fit-Treatment Room Care hi medja ta' sitt (6) persuni fix-xahar, matul is-sena kollha. F'dawn l-istess Centri tas-Sahha, il-medja ta' talbiet biex tabib izur pazjent fid-dar privata tieghu, hi medja ta' persuna wahda fix-xahar.
L-iskop tal-Kummissjoni huwa li ssir analizi tax-xoghol li jsir fic-centri tas-sahha, imbaghad tirrakkomanda lill-Ministru l-ahjar proceduri li jsiru halli l-istaff ikun aktar ikkoncentrat fl-aktar hin li jkun hemm xoghol halli c-cittadini jinqdew ahjar u aktar malajr mic-Centri tas-Sahha.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni trid li ttejjeb it-tahrig ta' l-istaff u teduka lic-cittadini biex jaghmlu uzu aktar ghaqli tas-servizzi pprovduti fic-Centri tas-Sahha.
Jekk din il-hidma thalli l-frott kif inhu ttamat, aktar nies ikunu jistghu jinqdew mic-Centri tas-Sahha u verament tittaffa l-pressjoni ta' xoghol fuq l-iSptar San Luqa. Ghaldaqstant, fejn hi l-kontradizzjoni?
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922