Left arrow Mur Lura

It-Tabib Louis Buhagiar jinawgura ftuh ta' Wirja tal-Floriana Senior Citizens

PR0729
Date Icon 24/04/1998

It-Tabib Louis Buhagiar, Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani, fetah wirja mtella' mill-Floriana Senior Citizens. Din il-wirja hija ezempju ta' persuni li ghalkemm kibru hafna fl-eta', ghadhom attivi hafna. L-anzjani huma rizors kbir hafna u din il-wirja hija xhieda ta' dak li jafu jaghmlu.

Ic-Centru tal-Floriana Senior Citizens huwa mmexxi mill-volontarjat. L-anzjani hadu l-inizzjattiva biex jinfetah il-post, jittranga u jorganizzaw attivitajiet. It-Tabib Buhagiar fahhar dan l-isforz u qal li ser jaghmel min kollox biex tikber il-koperazzjoni bejn il-Gvern u c-Centri tal-volontarjat.

Il-Gvern prezenti dejjem lest biex jiddjaloga mac-cittadini u dan sar mal-Floriana Senior Citizens fil-kaz tad-dar ta' l-anzjani fil-Floriana. Hafna mill-idejat li hargu bihom ir-rapprezentanti ta' din l-ghaqda gew milqghua. Is-Segretarju Parlamentari stieden il-Floriana Senior Citizens biex ikomplu isegwu il-progett mill-qrib.

It-Tabib Buhagiar appella sabiex aktar anzjani jibdew jattendu dan ic-Centru minflok joqghodu wehidhom id-dar. Huwa ferah lill-anzjani li esibew l-oggetti fil-wirja. Fost l-affarijiet esibiti hemm dehra tal-Knisja ta' San Publiju maghmula miz-zkuk tas-sulfarini, xoghol tas-Sur Joseph Sciberras. Ghal din il-bicca xoghol ntuza ghadd kbir hafna ta' sulfarini, tant hija mnizzla fil-Guinness Book of Records.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow