Il-Kummissjoni ghall-futur tal-familji tipprezenta r-rapport taghha lill-Prim Ministru
Il-Kummissjoni ghall-Futur tal-Familji ipprezentat ir-rapport taghha lill-Prim Ministru Dr. Alfred Sant. Ippreseduta mill-Avukat Hugh Peralta, il-Kummissjoni twaqqfet mill-Prim Ministru f'Lulju 1997 biex 'tifli l-qaghda tal-familji u l-koppji Maltin; fir-rispett shih tal-valuri socjali u religjuzi li jhaddnu c-cittadini kollha u tat-tolleranza, il-Kummissjoni tifli l-esperjenza ta' socjetajiet Ewropej ohrajn fit-tfassil ta' politika ghall-harsien tal-familji u taz-zwieg.'
Il-Kummissjoni kellha taghmel rakkomandazzjonijiet dwar il-mizuri li jistghu jittiehdu biex fis-socjeta` taghna jkun hemm harsien dejjem ahjar ghall-hajja tal-familji, fil-kuntest tal-bidliet imghaggla li qeghdin isehhu fis-socjeta` u fl-imgiba u l-istrutturi tal-familji (il-firxa ta' single parent families, hinijiet tax-xoghol estensivi barra d-dar, kemm ghar-ragel kemm ghall-mara, il-problemi mqanqlin minn konsum ta' alkohol u drogi u mil-loghob ta' l-azzard, il-vjolenza fil-familja, il-kontribut lill-hajja tal-familji moghti mill-anzjani) u l-bqija.
Dmir il-Kummissjoni kien li tara wkoll kif jista' jintlahaq kunsens nazzjonali kemm jista' jkun wiesa', biex f'kazi fejn jidher assolutament car li z-zwieg ikun falla, u fejn ic-cittadini nvoluti ma jhossux li fil-kuxjenza taghhom ghandhom xi jxekkilhom milli jiehdu din it-triq, iz-zwieg taghhom ikun jista' jigi civilment xolt, bil-ghan li dawn ic-cittadini jergghu jiksbu l-opportunita` li jwaqqfu familja. Il-Kummissjoni kellha tistharreg ukoll liema forma - b'paragun ma' mudelli Ewropej ezistenti - jista' jiehu dan ix-xoljiment.
Ir-rapport ghandu jigi ippubblikat fil-futur qrib.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922