Htiega ta' diversifikazzjoni fl-Industrija tas-Sajd
L-izbilanc bejn id-diversifikazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel importati u dawk processati lokalment qed jizdied sostanzjalment. Din is-sitwazzjoni kemm-il darba mhux se tigi missielta bis-serjeta' minn fost l-ghaqdiet u l-koperattivi tal-bdiewa, rahhala, sajjieda u s-settur ta' l-Agro Industrija, pajjizna jkollu problemi serji ghall-futur.
Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia meta tkellem dwar l-industrija ta' l-ipprocessar tal-hut lokali fil-ftuh tal-Open Day, fic-Centru Nazzjonali ta' l-Akwakultura, f'San Lucjan.
Huma kompla jghid li filwaqt li z-zewg koperattivi tas-sajjieda jilmentaw kontinwament mal-Ministeru dwar l-importazzjoni ta' hut f'pajjizna, ftit li xejn qed isir sabiex din is-sitwazzjoni tigi analizzata professjonalment bejn l-industrija tal-Fish Farms, il-koperattivi tas-sajjieda u l-ghaqdiet tal-konsumatur.
Il-Ministru semma kif matul dawn l-ahhar xhur bdiet tigi processata fiz-zalza tradizzjonali l-lampuka ghall-esportazzjoni u qal li dan kien ezempju car ghal min irid li bis-serjeta jmid idu ghax-xoghol f'ambjent li jghin flok jilmenta mis-sitwazzjoni. Pass iehor lejn din id-direzzjoni t-tajba kien l-istudju li qed isir sabiex ikun maghruf kif is-sajjieda f'pajjizna jkabbru aktar is-sajda tat-tonn fl-ibhra territorjali Maltin.
Aktar tard dalghodu, il-Ministru Noel Farrugia kellu laqgha mal-Assocjazzjoni tal-Fish Farms Maltin u ma' l-Ambaxxatur ghal Malta ta' l-Unjoni Ewropea Dr. Giorgio Boggio.
Matul din il-laqgha, il-produtturi lokali tal-Fish Farms esprimew ma' l-Ambaxxatur Boggio l-problemi serjissimi li ilha tiffaccja l-industrija tal-Fish Farms lokali mindu bdiet. Dawn il-problemi serji huma kkawzati mill-fatt li l-Unjoni Ewropea pprovdiet l-ezenzjoni ta' dazju fuq hut imkabbar fil-Fish Farms tal-pajjizi girien ta' Malta, izda halliet barra l-industrija lokali ta' Malta.
Dan, temm jghid il-Ministru, meta l-industrija lokali timporta l-htigijiet ta' l-industrija u taghmel uzu minn servizzi professjonali Ewropej, kif ukoll tbiegh il-hut lill-konsumaturi tal-pajjizi membri tal-Unjoni Ewropea.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922