Il-Ministru George Vella jattendi l-Malta Week f'Hamburg
Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George Vella, il-bierah kien il-mistieden tas-Senat tal-Belt ta' Hamburg, fil-Germanja, fi zjara ufficjali li ghamel bhala parti mill-attivitajiet ta' "Malta Week" f'din il-Belt, li thejjew mill-Konslu Generali Onorarju Otto Teschau, bil-koperazzjoni ta' l-Akkademja Kattolika, u l-awtoritajiet tal-Belt ta' Hamburg.
Il-Ministru Vella u d-delegazzjoni tieghu, kien il-Mistieden ta' l-Unur f'ikla ufficjali li l-President tas-Senat u Sindku tal-belt ta' Hamburg Ortwin Runde ta' f'giehhom u li ghaliha kienu mistiedna personalitajiet mill-oqsma ta' l-industrija, politika, media u l-Korp Diplomatiku.
Il-Ministru Vella filghaxija ndirizza laqgha u ta diskors fl-"Ubersee Club", post prestigjuz li fih mistiedna specjali jaghmlu diskorsi fuq suggetti varji, inkluz politici.
Fid-diskors tieghu, il-Ministru Vella spjega lill-mistiedna li gew mill-qasam politiku, industrijali, kummercjali u diplomatiku, il-politika tal-Gvern Malti, kif ukoll tkellem fuq l-opportunitajiet ta' invesitment li jezistu f'pajjizna u fuq il-mizuri li qieghed jiehu l-Gvern biex isahhah l-ekonomija Maltija u jtejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja.
Il-Ministru Vella ttiehed ukoll fuq dawra madwar il-port ta' Hamburg fejn gie spjegat lilu kif, jithaddem il-port u nghata taghrif dwar il-facilitajiet li joffri.
Matul iz-zjara u fit-tahdidiet li kellu l-Ministru Vella, giet enfasizzata l-possibilita' ta' kooperazzjoni bejn Hamburg u Malta fl-oqsma ta' servizzi ta' trasbord, servizzi marittimi u servizzi ohra marbuta man-navigazzjoni, kif ukoll il-possibilita' ta' aktar investiment Germaniz f'Malta.
Fil-Belt ta' Hamburg fost attivitajiet ohra l-Ministru kellu laqgha wkoll mal-Konsli Onorarji ta' Malta fil-Germanja, li matulha saret diskussjoni generali dwar Malta u dwar kif setghet issir aktar promozzjoni ta' Malta fil-Germanja.
Ghal din il-laqgha attendew ukoll rapprezentanti ta' l-MDC, Air Malta u l-Ministeru tat-Turizmu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922