Petizzjoni kontra l-Ghazla tas-Sindku ta' H'Attard
Residenti ta' H'Attard illum ipprezentaw petizzjoni lill-Prim Ministru biex jipprotestaw kontra dak li sejhu "agir moralment anti-demokratiku meta fl-ghazla tas-Sindku ta' H'Attard ma ntwera l-ebda rispett lejn ir-rieda tal-poplu ta' H'Attard li ta vot ta' fiducja qawwi hafna lill-Professur Henry Frendo biex ikompli x-xoghol fejjiedi mibdi mill-Kunsill immexxi minnu." Din il-petizzjoni giet ipprezentata l-lejla lill-Prim Ministru fl-Ufficcju tieghu fil-Berga ta' Kastilja.
F'laqgha li kellhom mal-Prim Ministru, rapprezentanti tar-residenti qalu li b'dak li gara hassew li gew injorati l-maggoranza l-kbira tar-residenti tal-lokal. Il-Professur Henry Frendo gab 1,415 voti, li jammontaw ghal tliet kwoti tal-voti, waqt li l-persuna li giet maghzula bhala Sindku tela' l-hames persuna fil-Kunsill u gab fuq it-300 vot.
Il-Prim Ministru qal li l-Ligi tippermetti lill-Kunsilliera eletti biex jeleggu s-Sindku, izda qal li iddispjacih ghal Professur Frendo, l-istess kif jiddispjacih ghal Publius Agius li wkoll ma giex elett bhala Sindku tal-Furjana, minkejja li bhal Frendo zied fil-voti mill-ahhar elezzjoni lokali 'l hawn. Dr. Sant qal li fil-lokalita` tal-Furjana il-Kunsilliera tal-PN iggangjaw kontra l-ex Sindku Publius Agius ghaliex hareg ma' l-Indipendenti. Il-Prim Ministru qal li jhoss li dawn l-affarijiet qed isiru minhabba li t-tikketta ta' partigjanizmu politiku fil-Kunsilli Lokali iffalsifikat il-mod kif isiru l-affarijiet. Il-Prim Ministru enfasizza li l-voti fil-Kunsilli Lokali ghandhom ikunu ibbazati fuq il-hila tal-persuna u mhux tal-partit politiku li tirraprezenta. "Huwa dnub kbir li dahal il-partigjanizmu politiku fil-Kunsilli Lokali," qal il-Prim Ministru.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922