Seminar ghall-KUnsillieri u Ufficjali tal-Kunsilli Lokali Ghawdxin
Seminar ta' tmien gimghat ghall-Kunsillieri, Segretarji u Deputati Segretarji tal-Kunsilli Lokali Ghawdxin, gie inawgurat illum wara nofs inhar. Din hija l-ewwel darba li seminar bhal dan qieghed isir f'Ghawdex esklussivament ghall-Kunsillieri u Ufficjali Ghawdxin. Dan is-seminar gie inawgurat mis-Sur Maurice Caruana, Konsulent fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, fi hdan il-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali.
F'diskors li ghamel is-Sur Caruana, li kien qieghed jirrapprezenta lill-Ministru li jinsab imsiefer, tkellem dwar is-suggetti li se jigu diskussi u mistharrga tul dan is-seminar. Huwa tkellem dwar x'titlob il-ligi minn kull Kunsillier u Ufficjal tal-Kunsill, x'inhuma l-principji ewlenin imhaddma fil-Karta ta' l-Ewropa dwar il-gvernijiet lokali u anke x'jesigi minnhom il-Kodici ta' l-Etika.
Huwa qal li suggetti ohra li se jigu diskussi huma l-mekkanizmi li jezistu tal-finanzjament ta' l-operat taghhom, kif ghandhom jitmexxew il-laqghat tal-Kunsill, it-trasparenza fl-ghoti tal-kuntratti u anke dwar il-kuncett tal-value for money fl-infieq tal-Kunsilli.
Is-Sur Caruana kompla jghid li dawn is-suggetti gew maghzula apposta biex ikunu konformi mal-ghanijiet ta' dan is-seminar. Huwa qal li l-ghanijiet tas-seminar huma li l-partecipanti jifhmu ahjar ir-rwol u r-responsabbiltajiet taghhom, li jkunu f'qaghda ahjar li jservu lic-cittadini, l-aktar f'dawk l-affarijiet li jolqtuhom mill-qrib. Ghan iehor tas- seminar huwa li l-Kunsillieri u l-Ufficjali jkunu jistghu jaqsmu l-esperjenzi u d-diffikultajiet li jiltaqghu maghhom fil-qadi ta' dmirijiethom.
Il-Konsulent qal ukoll li dak li jixtieq u li jawgura li jitwettaq fil-kaz tal-Kunsillieri jiddependi hafna mill-koperazzjoni u mill-impenn taghhom. Huwa tkellem ukoll dwar l-ufficjali impjegati mal-Kunsilli, li hu sejjah bhala dawk in-nies li jirrapprezentaw l-kontinwita' ta' l-operat mibdi minn Kunsill u mghoddi lil ta' warajh.
Dan is-seminar li qieghed isir fis-Sala Guze Micallef, fil-Qasam Sperimentali tal-Gvern, ix-Xewkija, se jkun fih 12-il sessjoni mifruxa fuq tmien gimghat u l-partecipanti se jkunu indirizzati minn diversi esperti fl-oqsma taghhom.Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922