Left arrow Mur Lura

Laqgha bejn is-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex u l-Bank of Valletta plc

PR0711
Date Icon 22/04/1998

F'laqgha li saret fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, gie mwaqqaf 'Kumitat ta' Azzjoni ghall-Promozzjoni ta' Zvilupp Sostenibbli ghal Ghawdex', bejn is-Segretarjat ghal Ghawdex u l-Bank of Valletta. L-izvilupp sostenibbli ta' Ghawdex kien fost is-suggetti diskussi f''din il-laqgha, li fiha c-Chairman tal-Bank Dr Reno Borg ipprezenta lis-Segretarju Parlamentari Dr Anton Refalo b'ghajnuna finanzjarja ghall-pubblikazzjoni ta' materjal pubblicitarju tas-Sentinella.

Il-membri tal-Kumitat ta' Azzjoni ghall-Promozzjoni ta' Zvilupp Sostenibbli ghal Ghawdex huwa ffurmat hekk: is-Sur Victor Cauchi, Chairman; is-Sur Joe Cordina, Segretarju; Membri, is-Sinjuri : Grazio Mercieca LL.D. , Guido J Vella, A&C.E.,B.Arch, John Magro, Paul Zammit, Edmond Theuma, Kevin Grech u George Said.

L-ghan ewlieni tal-Kumitat huwa li jippromwovi zvilupp ghal Ghawdex, mahsub biex filwaqt li jissodisfa l-bzonnijiet tal-generazzjoni prezenti ma jikkompromettix il-pozizzjoni ta' generazzjonijiet futuri. Il-Kumitat ghandu jezamina issues specifici bhat-turizmu, l-industrija, il-kummerc u l-agrikoltura biex imbaghad jaghmel rakkomandazzjonijet lis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex dwar inizjattivi li jkunu jistghu jittiehdu f'dawn l-oqsma favur zvilupp sostenibbli.

Dr Anton Refalo qal li t-twaqqif tal-Kumitat huwa zvilupp pozittiv li s-Segretarjat se jsegwi b'interess. Huwa qal li s-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex jemmen li kull zvilupp li jsehh f'Ghawdex irid jikkunsidra l-karatteristici socjo-kulturali tal-gzira biex filwaqt li jipprovdi opportunitajiet godda ghal-popolazzjoni taghha, ma jcahhadhiex minn dawk l-affarijiet li jiddistingwuwha minn postijiet ohra. Dr Reno Borg qal li l-Bank of Valletta ihares b'fiducja u b'interess lejn koperazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex favur inizjattivi li minnhom tista tibbenefika l-ekonomija Ghawdxija, b'attenzjoni ghall-harsien ta' l-ambjent fiziku, socjali u kulturali ta' Ghawdex.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow