Left arrow Mur Lura

Il-Gvern jghin zewg ghaqdiet volontarji fil-hidma taghhom

PR0706
Date Icon 22/04/1998

Il-Ministru Minghajr Portafoll fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, is-Sur Joe Mizzi qassam zewg cekkijiet, wiehed lis-Socjeta' Maltija tas-Salib l-Ahmar u l-iehor lill-Welcome Home biex dawn l-organizzazzjonijiet jigu mghejjuna fil-hidma taghhom. Fil-kaz tas-Socjeta' Maltija tas-Salib l-Ahmar din irceviet ammont ta' Lm6,000 bhala kontribuzzjoni ghas-sena 1998 min-naha tal-Gvern. Fil-kaz tal-Welcome Home irceviet ammont ta' Lm5,000 bhala kontribuzzjoni ghas-sena 1998.

Hekk tkun qed titwettaq fil-prattika l-weghda tal-Gvern li titkabbar fostna lkoll sens ta' komunita' fejn ic-cittadini jghixu f'ghaqda u solidarjeta' ma' huthom li jkunu jehtiegu l-ghajnuna tas-socjeta' biex jinghelbu problemi li jkollhom.

Is-Socjeta' Maltija tas-Salib l-Ahmar twaqqfet fl-24 ta' Ottubru 1991. Il-Kostituzzjoni taghha hija bbazata fuq il-Konvenzjoni ta' Ginevra, li taghha Malta hija parti, u fuq il-principji fundamentali tal-Moviment Internazzjonali tar-Red Cross. Is-Socjeta' ghandha l-ghan, fost affarijiet ohra, li torganizza, fil-limiti tal-pjan nazzjonali, servizz ta' emergenza ta' solljev ghall-vittmi ta' dizastri u li tirrekluta, tharreg u tassenja dawk l-ufficjali li jkunu mehtiega fit-twettiq tar-responsabbilta' taghha. Fil-ligi gdida dwar il-Protezzjoni Civili, li ghandha tigi diskussa fil-Parlament fix-xhur li gejjin, hemm mahsub li ghandu jinholoq Kunsill ghall-Protezzjoni Civili li wahda mill-funzjonijiet principali tieghu hija dik li jissorvelja u jinkoraggixxi l-izvilupp ta' organizzazzjonijiet volontarji ta' protezzjoni civili, bhalma hi s-Socjeta' tas-Salib l-Ahmar.

Il-Welcome Home infethet fid-19 ta' Marzu 1993, biex tiehu hsieb dawk il-persuni li jehtiegu abitazzjoni temporanja. Fost ir-residenti li l-aktar jiffrekwentaw dan il-post hemm ex-prigunieri li jkunu ghadhom kemm hargu mill-habs. Matul il-perjodu li jaghmlu fil-Welcome Home ir-residenti jinghataw kull xorta ta' assistenza, barra li jinghataw l-facilitajiet essenzjali ta' akkomodazzjoni, ikel u hwejjeg.

Ic-cekkijiet gew ipprezentati lill-Professur Frederick Fenech, ghas-Socjeta' Maltija tas-Salib l-Ahmar u lill-Patri Joseph Alessandro, ghal Welcome Home fl-assenza ta' Patri Leopoldo Tabone, l-amministratur tad-Dar.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow