Il-Laqgha tal-Forum tal-Mediterran ta' l-1999 se ssir f'Malta
Illum f'Palma de Majorica ntemmet il-laqgha tal-Forum tal-Mediterran li bdiet il-bierah, u li ghaliha attendew Ministri ta' l-Affarijiet Barranin u ufficjali gholja minn hdax-il pajjiz tal-Mediterran, fosthom Malta, li kienet irrapprezentata mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella.
Fi tmiem il-laqgha gie adottat dokument finali li asserixxa r-rwol u l-funzjoni tal-Forum u ddeskriva dawk l-issues li l-Forum ghandu jaghti aktar attenzjoni ghalihom fil-futur.
Fost dawn hemm l-istabilità u s-sigurtà fil-Mediterran u dawk il-problemi kollha konnessi, fosthom it-terrorizmu, kriminalità organizzata, immigrazzjoni illegali, u l-izbilanc socio-ekonomiku li jezisti f'dan ir-regjun.
Attenzjoni specjali tinghata f'dan id-dokument lill-Process ta' Paci tal-Lvant Nofsani, kif ukoll ir-relazzjoni li dan il-Forum tal-Mediterran ghandu jkollu mal-Process EwroMediterranju ta' Barcellona u Malta.
Fi tmiem il-laqgha gie maqbul li l-Presidenza ta' dan il-Forum, kif ukoll ic-Chairmanship ta' l-Ufficjali Gholja fis-settur politiku ta' dan il-Forum jinghataw lil Malta ghas-sena li gejja u li ghalhekk il-laqgha li jmiss ta' dan il-Forum issir Malta fl-1999.
Il-Ministru George W. Vella rringrazzja l-laqgha ghall-fiducja murija, u wieghed li Malta tkompli bil-hidma tradizzjonali taghha biex taccerta li dan il-Forum, li ghandu l-interessi tal-Mediterran bhala l-ghan ahhari tieghu, jigi msahhah u jinghata l-importanza u l-vuci li jixraqlu fl-oqsma internazzjonali.
Il-Ministru Vella, dalghodu qabel il-konferenza, kellu laqgha ufficjali mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Spanjol, Abel Matutes, li fiha gew diskussi r-relazzjonijiet bilaterali bejn iz-zewg pajjizi, u anke gew diskussi l-passi li jmiss fir-relazzjonijiet li qeghdin jizviluppaw bejn Malta u l-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Matutes esprima l-approvazzjoni tieghu ghall-programm ta' hidma li l-Gvern Malti jrid jara jizviluppa bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.
F'laqgha ohra li kellu l-Ministru Vella, gew miftehma dati meta l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Algerin, Ahmed Attaf, ser jaghmel zjara f'Malta f'Lulju, u meta l-Ministru Vella ser jaghmel zjara ufficjali fit-Tunezija f'Mejju li gej, fuq stedina tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Tunezin Said Ben Mustapha.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922