Ghotja ta' Kollezzjoni ta' hut lill-Ministru tal-Biedja u Sajd
Minn nhar il-Hamis, 23 ta' April sal-Hadd, 26 ta' April 1998, ser issir Open Day fic-Centru Nazzjonali ta' l-Akwakultura.
Dan thabbar illum waqt ghotja ta' zewg kollezzjonijiet ta' hut bbalzmat li jiffrekwenta l-ibhra lokali, li s-Sinjura Beatrice Zammit u s-Sur Guido Lanfranco ghamlu lill-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia.
Is-Sinjura Zammit hija l-armla ta' Dr. Louis Zammit, li kien wiehed mill-akbar dilettanti fl-industrija tal-hut ta' pajjizna, li permezz ta' din il-kollezzjoni ser jibqa' mfakkar min dawk kollha li ghandhom ghal qalbhom din l-industrija.
Is-Sur Guido Lanfranco huwa xjentist maghruf fil qasam tal-Biologija li hadem ghal bosta snin biex jitkabbar l-gharfien tax-xjenza naturali ta' pajjizna.
Il-Ministru esprima ringrazzjament lis-Sinjura Zammit, kif ukoll lis-Sur Guido Lanfranco, ghall-gest nobbli taghhom u qal li dawn il-kollezzjonijiet ser ikunu utili kemm ghall-attività ta' l-Open Day kif ukoll ghall-attivitajiet edukattivi li jorganizza ic-Centru matul is-sena.
L-Ambaxxaturi ta' diversi pajjizi li c-Centru Nazzjonali tal-Akwakultura ghandu rabta maghhom kienu ukoll prezenti ghall-ghotja.
L-istudent Jeffrey Hili gie pprezentat b'certifikat ghax-xoghol ta' restawr li ghamel fuq il-kollezzjoni ta' Dr. Louis Zammit.
Fi tmiem id-diskors tieghu, il-Ministru Noel Farrugia rringrazzja lill-haddiema tac-Centru u ferhilhom ghall-progett li ser iwettqu mal-kumpanija Ingliza, Aquaculture Vaccines Ltd., fic-Centru Nazzjonali ta' l-Akwakultura.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922