Il-Ministru George Vella jiehu sehem fil-laqgha tal-Forum tal-Mediterran
Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella, illum ha parti fil-laqgha tal-Forum tal-Mediterran, li qieghed jiltaqa' bejn illum u ghada fil-gzira ta' Palma de Majorica, taht il-presidenza ta' Spanja.
F'din il-laqgha li hija l-hames laqgha li zamm dan il-Forum minn mindu twaqqaf f'Lixandra (Egittu) fl-1994, jiehdu sehem l-Algerija, l-Egittu, l-Italja, Franza, il-Grecja, Malta, il-Marokk, il-Portugal, it-Tunezija u t-Turkija.
Qabel bdiet il-laqgha, il-Ministru Vella flimkien mal-Ministri Barranin ta' dawn il-pajjizi, u r-rapprezentanti taghhom, kellu working lunch moghti mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Spanjol Abel Matutes, li fih inzammet diskussjoni informali dwar l-ghanjiet u l-isfidi li ghandu quddiem dan il-Forum.
Il-laqgha ufficjali li m'ghandhiex agenda ufficjali, u li ma tkunx miftuha ghall-istampa, iddiskutiet ir-rwol tal-Forum Mediterranju u r-relazzjoni li ghandu jkollu mal-process EwroMediterranju ta' Barcellona.
Fl-intervent tieghu, il-Ministru Vella sahaq fuq il-bzonn li l-Forum ikompli jezisti u li ghandu jinzamm separat mill-process EwroMediterranju, imma li jikkollaboraw u jikkoperaw flimkien.
Sahaq ukoll fuq il-bzonn tal-pajjizi tal-Mediterran li jkabbru l-uzu tar-rizorsi taghhom u jzidu n-negozju bejniethom biex ikunu jistghu jiehdu l-ahjar beneficcju miz-zona ta' kummerc hieles EwroMediterranju meta din issehh.
Fil-laqgha hadu sehem il-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Algerija, l-Egittu, Franza, l-Italja, Spanja u Malta.
Huma tkellmu wkoll dwar il-bzonn urgenti li tinstab soluzzjoni gusta ghall-problema tal-Lvant Nofsani.
Wara l-laqgha, il-Ministru Vella u d-delegazzjoni tieghu kellhom laqgha ufficjali mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan, Lamberto Dini, li fiha tkellmu dwar affarijiet bilaterali u r-relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Vella ghada mistenni jkollu laqgha ufficjali mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Spanjol, Abel Matutes.
Il-Laqgha tkompli ghada.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922