Tmexxija serja fl-Isptarijiet
Waqt diskors li ghamel meta nfetah id-Dipariment ta' l-Emergenza gdid fl-iSptar Generali ta' Ghawdex, il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia, qal li l-mod ta' tmexxija fl-isptarijiet irid ikun wiehed serju u trasparenti li juri tmexxija serja tal-Gvern prezenti.
Il-Ministru qal li qed isir auditing fl-isptarijiet ta' Malta, li jwassal ghal uzu ahjar tar-rizorsi umani. Jissemma spiss li r-rizorsi umani huma neqsin, izda mill-audit li qed isir, s'issa r-rizultati qed juru li b'deployment ahjar tar-rizorsi umani, it-tmexxija tkun aktar efficjenti. Huwa qal ukoll li kull sptar irid ikun cost centre ghalih u jrid jitmexxa skond li budget li jkollu ppjanat u dan iwassalna aktar 'il quddiem ghall-kuncetti aktar wiesgha ta' awtonomija ta' l-isptarijiet.
Dr Michael Farrugia qal li jrid isir it-tibdil kollu necessarju, anke b'mod strutturali sabiex is-servizzi fl-ispar ta' Ghawdex ikun immexxi ahjar, b'mod serju u jekk jista' jkun indipendenti mill-isptarijiet ta' Malta. Dan ikun ta' servizz ghac-cittadini Ghawdxin, kif ukoll ghall-Maltin u barranin li jzuru Ghawdex.
Il-Ministru semma wkoll il-pass kbir 'il quddiem li sar f'dan l-ahhar xahar bis-servizz tat-telemedicina bejn l-iSptar San Luqa u l-iSptar Generali ta' Ghawdex. Ser ikun hemm link ukoll ma' l-iSptar Great Ormond Street ta' Londra u b'hekk jonqos l-iskarigg ta' safar minhabba mard.
Fl-ahhar il-Ministru Michael Farrugia awgura lil Ghawdxin success ghas-servizzi godda fis-setturi kollha tal-qasam tas-sahha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922