Il-Ministru Joe Mizzi jipprezenta l-ittra ta' hatra lil Manager fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili
Il-Ministru Joe Mizzi illum qassam l-ittra ta' hatra lis-Sur Patrick Murgo bhala Manager fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Is-Sur Murgo ser ikun inkarigat mit-Taqsima tal-Bahar tal-Protezzjoni Civili.
F'din il-kariga s-Sur Murgo hu mistenni li jara li jkun hemm servizz adegwat ghall-intervent immedjat, fil-kaz ta' hruq u salvatagg fuq il-bahar u helsien mill-gharqa u appogg lill-Armata u lid-Dipartimenti ohra ikkoncernati u responsabbli, fil-kaz ta' tniggiz jew f'kull sitwazzjoni ohra ta' dizastru, sew naturali jew kagunat mill-bniedem, li tkun tehtieg l-ghajnuna immedjata ta' forza pubblika jew ta' taghmir specjali.
Fil-futur qarib, ghandhom jaslu Malta zewg vapuri zghar u tnejn kbar mill-Italja biex jiffurmaw parti mit-Taqsima tal-Bahar tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Dawn il-vapuri qed jinbnew apposta ghad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili ta' Malta biex ikunu ta' uzu f'kazijiet ta' salvatagg u hruq fuq il-bahar. Il-finanzjament ta' dawn il-vapuri qed isir kollu mill-Gvern Taljan taht ir-Raba' Protocoll Finanzjarju.
Il-Master Plan dwar il-Protezzjoni Civili ghal Malta li gie preparat minn Consortium Taljan identifika hruq fuq xi opri tal-bahar li jkunu fl-ibhra Maltin, specjalment fil-pjanijiet ta' kontingenza li qed jibni d-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.
Ghal dan l-iskop is-Sur Murgo hu mistenni wkoll li jizviluppa r-rizorsi ta' fuq il-bahar tad-Dipartiment, izomm u jaggorna il-files dwar sorsi ta' riskji relatati mat-trasport bil-bahar ta' materjal perikoluz vicin il-gzejjer Maltin, u li jikkopera ma' istituzzjonijiet ohra ikkoncernati mas-suggett, inkluzi dawk ta' pajjizi ohra madwar Malta.
Fil-futur ghandhom jigu mpjegati aktar haddiema f'certi gradi biex jahdmu fuq il-vapuri li ghandhom jaslu mill-Italja. Ghal dan l-iskop diga' harget sejha ghall-applikazzjonijiet li ghalqet fis-17 ta' April 1998. Kif jintaghzlu dawn in-nies hemm ftehim ma' l-Italja biex x'uhud minnhom intbaghtu jaghmlu tahrig specjalizzat mal-Guardia Costiera Taljana.Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922