Il-White Paper ghat-twaqqif tal-Kunsill Regjonali f'Ghawdex mistenni jitressaq fil-Parlament
L-abbozz tal-White Paper tat-twaqqif tal-Kunsill Regjonali ghal Ghawdex se jkun lest fil-jiem li gejjin u l-Gvern, wara li jiflih u japprovah, iressqu fil-Parlament ghad-diskussjoni u l-approvazzjoni tieghu. Imbaghad il-Kunsill Regjonali ghal Ghawdex se jkun mistenni jsejjah laqghat apposta biex jitkejjel il-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Zvilupp ghal Ghawdex li jipproponi li ghandu jigi introdott ciklu annwali ta' ippjanar strategiku. Dan thabbar mill-Prim Ministru Dr. Alfred Sant f'Ghawdex waqt li inawgura Promenade gdida f'Ghajnsielem u l-modernizzar tad-Dipartiment tal-Casualty fl-Isptar Generali ta' Ghawdex. Il-Prim Ministru habbar ukoll li se jinhatar Kunsill Generali tas-Sahha f'Ghawdex. Dan il-Kunsill se jaghti pariri u proposti lill-Gvern fuq decizjonijiet godda u tibdiliet fuq sitwazzjonijiet li jinqalghu fil-qasam tas-Sahha f'Ghawdex. Se jkollu wkoll il-funzjoni li jaghti pariri dwar kif jigi amministrat il-Budget ta' I-isptar u jissottometti Business Plan ghal perjodu ta' tliet snin. F'dan il-Kunsill se jkun hemm fost l-ohrajn rapprezentant tal-Kunsilli Lokali, rapprezentant ta' l-Assocjazzjoni Medika ta' Ghawdex, rapprezentant ta' l-infermiera u l-qwiebel u rapprezentant tal-haddiema l-ohra ta' l-Isptar.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern hejja abbozz ta' Pjan ta' Zvilupp ghal Ghawdex fejn jigu proposti inizjattivi li ghandhom iwasslu ghall-izvilupp sostenibbli fl-oqsma ekonomici, socjali u kulturali tal-gzira. Il-Pjan ghandu l-ghan li jwettaq il-politika gdida tal-Gvern prezenti li tishaq li Ghawdex jista' u ghandu jkun mudell ta' komunita' zghira fi gzira zghira li tista' tghix bhala socjeta' moderna. Il-Prim Ministru zied jghid li l-ebda Pjan ta' Zvilupp ma jista' jirnexxi jekk ma jkunx hemm Servizz Pubbliku modern, relevanti u li l-poplu jiflah ihallas ghalih. Dr. Sant qal li fis-servizz pubbliku, il-poplu jrid lura l-valur ta' l-ispiza li jaghmel li jrid jissarraf fil-kwalita' u fl-ekonomija taghhom u fis-sodisfazzjon tal-htigiet taghhom.
Dr. Anton Refalo, Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, qal li l-Gvern huwa impenjat li jkompli jsebbah lil Ghawdex. Il-programm ta' xoghlijiet fit-toroq se jkompli din is-sena u fis-snin li gejjin se tinholoq infrastruttura xierqa ghal aktar minn 20,000 vettura li jiccirkolaw f'din il-gzira. 250,000 vettura ohra jaqsmu minn Malta ghal Ghawdex kull sena. Dwar il-qasam tas-Sahha, l-Avukat Refalo qal li wara gie ppubblikat ir-rapport dwar l-Isptar Generali kien hemm diga' rizultati pozittivi. Kien hemm il-ftuh tal-Casualty gdida, l-akkwist ta' ambulanza gdida, ix-xiri ta' apparat mediku u ventilator ghas-CCU, il-cold room ghall-kcina ta' l-Isptar u apparat iehor li kien mehtieg ghall-bank tad-demm. Fid-Dipartiment tar-Radjologija gew estizi l-hinijiet ta' servizz ghall-pubbliku u issa dan id-Dipartiment huwa ghas-servizz tal-pubbliku ghal hinijiet itwal tul il-gurnata. Fil-kaz tad-Dipartiment tar-records medici, dan sar accessibbli 24 siegha kuljum ghaliex huwa importanti li pazjent li jidhol l-isptar barra mill-hinijiet ta' l-ufficcju jikseb l-istorja mediku tieghu minghajr dewmien zejjed.
Dr Refalo qal li t-titjib fis-servizzi moghtija f'Ghawdex ghandu jsehh ukoll permezz ta' hatriet ta' konsulenti li l-Isptar irid jigbed lejh bir-revizjoni tal-kuntratti tax-xoghol ta' konsulenti li jigu minn Malta jew minn pajjizi ohra. Dan l-ahhar inghazel konsulent tal-medicina Ghawdxi u l-gvern huwa impenjat li jigbed lejn Ghawdex konsulenti lokali.
Id-Dipartiment tal-Casualty fl-Isptar Generali ta' Ghawdex gie modernizzat bil-ghan li l-pubbliku jinqeda ahjar f'ambjent modern. Il-modernizzazzjoni f'dan id-Dipartiment hija l-ewwel minn sensiela ta' xoghlijiet li se jsiru fl-Isptar f'Ghawdex wara l-pubblikazzjoni mill-Prim Ministru tar-rapport dwar l-Isptar Generali, is-sena li ghaddiet. Ix-xoghol fid-Dipartiment tal-Casualty twettaq minn haddiema ta' l-Isptar stess. Fi tmiem l-ewwel fazi tax-xoghol id-Dipartiment ghandu kapacita' akbar u jista' jilqa' diversi pazjenti f'daqqa filwaqt li huwa mghammar b'reception u ufficcju ghat-tabib. It-Taqsimiet li jilqghu lill-pazjenti huma attrezzati b'apparat mediku modern filwaqt li d-Dipartiment jinkludi wkoll resuscitation room. It-tieni fazi tal-progett hija mahsuba biex timmodernizza bl-istess mod is-sezzjoni tal-Casualty li kienet tintuza sal-lum.
Il-Promenade u l-bini mill-gdid ta' Triq Sant'Antnin f'Ghajnsielem sar wara li din it-triq kienet cediet is-sena li ghaddiet bl-ilmijiet. Dan il-progett holoq facilitajiet godda li jistghu jitgawdew mill-Ghawdxin u minn dawk li jzuru l-gzira. Xoghol iehor simili qieghed isir bhalissa fi Triq ix-Xaghra li beda hmistax-il gurnata ilu u mistenni jitlesta sal-bidu tas-sajf.Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922