Il-Ministru Michael Farrugia jindirizza Seminar tal-Kummissjoni ghar-Riforma fis-sahha mentali
'Sa l-ahhar tas-sena 1998, il-Kummissjoni ghar-Riforma fis-Sahha Mentali tkun ipprezentat draft review tal-att tas-Sahha Mentali'. Dan qalu l-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia waqt seminar organizzat mill-istess kummissjoni. Huwa qal ukoll li meta jsir dan it-tibdil, irid isir b'pass u ritmu tajjeb sabiex ma jsirx bhal ma sar f'certi pajjizi u flok tirranga is-sitwazzjoni tkompli titgharraq.
Il-Ministru qal ukoll li waqt l-auditing tal-iSptar Monte Carmeli, qed jigu identifikati nies, sabiex il-quddiem jigu mharrga sabiex ikollna servizz komunitarju b'sahhtu. B'hekk il-pazjenti b'mard mentali li jkunu hadu l-kura necessarja jigu ntegrati lura fis-socjeta' u fil-komunita'. Dan huwa servizz li l-Gvern jemmen fih u qed jahdem sabiex titkisser darba ghall-dejjem l-istigma kontra il-pazjent bil-mard mentali minn dawk in-nies li jissejhu 'normali'.
Irridu ntejbu l-edukazzjoni sabiex in-nies 'normali' jaccettaw lil huthom lura fil-komunita'.
Ghal dan il-ghan qed tigi studjata l-possibilita ta' hostels il-boghod mill-isptar mentali. Fl-istess hin jigi msahhah is-servizz ta' kura fil-komunita ghall-kura tas-Sahha Mentali. Persuni li jkunu hargu fil-kommunita' jibqghu jigu assesjati, halli jekk ikun hemm xi sinjal ta' rigress , dawn il-pazjenti jiddahlu lura l-isptar ghall-ftit zmien jew tinbidlilhom il-kura.
Gvern Laburista mill-ewwel induna b'nuqqasijiet kbar li kien hemm gewwa l-iSptar Monte Carmeli. Fis-17 il-xahar li ghadda sar hafna xoghol bl-ghajnuna tal-istaff tal-istess sptar. Infethet Psychio Geriatric Ward u gie refurbished is-Social Centre.
Il-Ministru Michael Farrugia tkellem fuq il-bzonn li l-Kummissjoni tkun f'pozizzjoni li tidhol f'atti kuntrattwali minhabba li nstabu difetti legali fuq dan il-punt.
Il-Ministru Farrugia kkonkluda li bl-ghajnuna ta' cittadin Malti li ghandu lukanda f'Malta, grupp ta' pazjenti ittiehdu gimgha fil-lukanda jghixu hajja normali, u thalltu ukoll ma' turisti barranin. Dawn il-pazjenti ittiehdu wkoll il-monti, u marru hargiet ohrau rikbu karozzi tal-linja. Kemm il-pazjenti kif ukoll min ghex maghhom matul dawn il-granet, kienu kuntenti ghax ma nqala' l-ebda problemi meta ghexu f'ambjent mhux tal-isptar.
Il-Ministru Michael Farrugia awgura lil dawk prezenti ghas-seminar, li jkollhom diskussjonijiet pozittivi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922