Il-Ministru George Vella jattendi Laqgha tal-Forum Mediterranju
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella ghada, il-Hadd, ihalli Malta ghal Palma de Mallorca fejn se jattendi ghall-Hames Sessjoni Ministerjali tal-Forum Mediterranju, li se ssir bejn l-20 u l-21 ta' April, 1998. Huwa mistenni jkollu wkoll diversi laqghat bilaterali ma' Ministri ohra li se jattendu din is-Sessjoni.
Minn Spanja, il-Vici Prim Ministru jibqa' sejjer Hamburg, il-Germanja fejn matul il-gimgha tkun qed issir "Malta Week". Il-Ministru Vella huwa l-mistieden tal-President ta' l-Overseas Club ta' Hamburg, fejn nhar l-Erbgha, 22 ta' April 1998, jindirizza lill-membri tal-Club, li twaqqaf 75 sena ilu u ghandu rwol importanti fil-hajja politika u kulturali ta' din il-belt marittima.
F'Hamburg, il-Vici Prim Ministru se jiltaqa' wkoll mal-Korp Konsolari Malti u mal-President tas-Senat u Governing Mayor, Ortwin Runde.
L-ghada, il-Hamis 23 t'April 1998, il-Ministru Vella mistenni jkollu tahdidiet f'Bonn mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Germaniz, l-Eccellenza Tieghu Klaus Kinkel, dwar ir-relazzjonijiet ta' Malta mal-Germanja, kif ukoll dwar ir-relazzjoni specjali taghha ma' l-Unjoni Ewropea.
Huwa se jzur ukoll l-ufficini tal-"UN Framework Convention on Climatic Change", li s-Segretarju taghha huwa l-Malti Michael Zammit Cutajar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922