Johorgu l-offerti ghall-Bini ta' 90 post tal-Housing
Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fi hdan il-Ministeru ghad-Djar, f'dawn il-jiem qieghed johrog l-offerti ghal xoghlijiet ta' bini ta' djar tal-Gvern mill-Awtorita' tad-Djar. Fil-fatt gew pubblikati zewg sejhiet ghall-offerti, wahda ghal 9 appartamenti fil-Qasam tad-Djar f'Ta' Giorni u l-ohra ghal 11-il appartament bhala parti mill-progett ta' "Slum Clearance" fi Triq l-Argotti, fil-Furjana. Il-bini ta' dawn il-postijiet se jigi jiswa madwar Lm336,000.
Sa' Mejju li gej ghandhom johorgu diversi sejhiet ohra simili fosthom ghal zewg progetti ta' "Slum Clearance" fil-Belt, wiehed ta' Triq Sant Ursola, li fih 24 unit u iehor fi Triq il-Merkanti, fejn se jitilghu 4 units. Se johorgu wkoll l-offerti ghall-bini ta' 24 maisonette Birzebbugia, 12-il maisonette fin-Naxxar u 6 maisonettes fis-Siggiewi. Dawn il-postijiet imsemmija f'dan il-paragrafu jiswew madwar Lm1,030,000.
Hekk kif johorgu l-permessi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, f'Mejju wkoll hu ttamat li johorgu l-offerti ghall-bini ta' sulari addizzjonali f'oqsma ta' Djar f'H'Attard, il-Gudja, Hal-Qormi, iz-Zejtun u z-Zurrieq. Dawn il-hames progetti b'kollox ser jipprovdu 76 unit ohra. Sadanittant, id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar qed ihejji pjanti ghal madwar 200 unit gdid fin-Naxxar, l-Imsida, Hal-Tarxien, Hal-Kirkop, Bormla, l-Isla, Haz-Zabbar u Hal-Luqa.
F'din il-hidma mill-Ministeru ghad-Djar, barra dawn id-Dipartiment ghandu applikazzjonijiet ghal madwar 900 unit pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, li l-parti l-kbira minnhom saru f'dawn l-ahhar 12-il xahar. Fost il-progetti, li l-permess taghhom hu mistenni li johrog imminentement, hemm progett kbir ta' 70 appartament fil-Qawra. Dawn is-70 appartament li se johorgu lesti minn kollox u bil-garaxxijiet tahtom se jiswew madwar Lm1,120,000. Hemm ukoll zewg progetti ta' "slum clearance" fl-inhawi ta' Triq San Gwann, Bormla, li se jipprovdu 69 unit ta' abitazzjoni li se johorgu lesti minn kollox b'ghadd ta' garaxxijiet maghhom. Dawn iz-zewg progetti f'Bormla qeghdin jigu meqjusa bhala l-akbar progett ta' twaqqiegh u zvilupp mill-ahhar gwerra 'l hawn u se jigu jiswew madwar Lm1,100,000.
Wara li tlesta t-"Traffic Impact Assessment" ghal Pembroke, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tipprocessa l-applikazzjonijiet ghal 337 unit f'Pembroke li l-permessi taghhom hu ttamat li johorgu qabel is-sajf. Din hi parti biss mill-hidma li qieghed iwettaq il-Ministeru ghad-Djar.Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922