Il-Ministru George W. Vella f'Laqgha mal-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali
PR0675
17/04/1998
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella kellu laqgha ma' l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali dwar konferenza internazzjonali li mistennija ssir f'Malta, f'Ottubru ta' din is-sena.
Il-konferenza se tiddiskuti t-twaqqif ta' Assocjazzjoni ta' Bliet Storici ta' l-Ewropa. Din il-konferenza hija opportunita' unika ghal Malta. Ghaliha se jattendu madwar 180 espert fis-suggett, awtoritajiet lokali, NGO's Maltin u Ewropej u ohrajn mill-area tal-Mediterran.
Il-Vici Prim Ministru wieghed il-kooperazzjoni shiha tal-Ministeru. Dan ghax laqghat bhal dawn huma importanti ghall-pajjiz u ghax din kienet idea li originat minn Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN