Diskussa l-politika tal-Housing bejn Malta u c-Cina
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu kellu zjara ta' kortesija mill-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Poplu tac-Cina, Mr. Zu Qinshun, fil-Ministeru, il-Furjana. Wara diskussjoni fit-tul dwar il-politika tal-housing taz-zewg pajjizi, gie deciz li esperti mill-Ministeru, mid-Dipartimenti u mill-Ambaxxata jiltaqghu biex jibdlu ideat dwar soluzzjonijiet ghall-problema tal-housing fiz-zewg pajjiz. L-Ambaxxatur wera ruhu interessat li l-Gvern tieghu jkun jaf izjed dwar il-mizuri li qieghed jiehu l-Gvern Malti fil-qasam tal-housing.
Il-Ministru, filwaqt li weghdu kull koperazzjoni, qal lill-Ambaxxatur li kien se jibghatlu taghrif dwar il-politika tal-Gvern rigward il-housing u anke dwar l-iskemi ta' ghajnuna.
L-Ambaxxatur, filwaqt li izza hajr lill-Ministru, qal li pajjizu dan l-ahhar beda jaddotta politika gdida dwar housing fejn is-suq gie liberalizzat u ghalhekk jixtieq li jkun jaf aktar dwar kif tahdem il-politika tal-Gvern Malti dwar dan il-qasam, li fic-Cina huwa wiehed difficli. Il-Ministru u l-Ambaxxatur tkellmu wkoll dwar suggetti konnessi mal-Kunsilli Lokali.
Fi tmiem il-laqgha, l-Ambaxxatur ipprezenta rigal lill-Ministru. Prezenti ghal laqgha kien hemm ukoll is-Sur Alex Vella, Segretarju Privat, Dr. Stefan Buontempo, Konsulent tal-Ministru, is-Sur Michael Micallef, Segretarju Personali u s-Sur John Spiteri, Ufficjal fil-Ministeru. Mr. Fang Xinwen, Attache' fl-Ambaxxata Ciniza f'Malta kien qed jakkumpanja lill-Ambaxxatur.Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922