Il-Ministru Alfred Portelli jinawgura Seminar ghall-Kunsilliera u Ufficjali tal-Kunsilli Lokali
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, illum wara nofs inhar inawgura seminar ta' tmien gimghat ghall-Kunsillieri, Segretarji u Deputati Segretarji tal-Kunsilli Lokali, li qieghed isir fi Project House, il-Furjana. Ghall-ewwel darba seminar iehor bhal dan mistenni jsir ukoll f'Ghawdex ghall-Kunsillieri, Segretarji u Deputati Segretarji Ghawdxin.
F'diskors li ghamel, il-Ministru tkellem dwar is-suggetti li se jigu diskussi u mistharrga tul dan is-seminar, fosthom x'titlob il-ligi minn kull Kunsillier u Ufficjal tal-Kunsill, x'inhuma l-principji ewlenin imhaddma fil-Karta ta' l-Ewropa dwar il-gvernijiet lokali u anke x'jesigi minnhom il-Kodici ta' l-Etika. Huwa qal li suggetti ohra li se jigu diskussi huma l-mekkanizmi li jezistu tal-finanzjament ta' l-operat taghhom, kif ghandhom jitmexxew il-laqghat tal-Kunsill, it-trasparenza fl-ghoti tal-kuntratti u anke dwar il-kuncett tal-"value for money" fl-infieq tal-Kunsilli.
Is-Sur Portelli kompla jghid li dawn is-suggetti gew maghzula apposta biex ikunu konformi mal-ghanijiet ta' dan is-seminar. Huwa qal li l-ghanijiet tas-seminar huma li l-partecipanti jifhmu ahjar ir-rwol u r-responsabbiltajiet taghhom, li jkunu f'qaghda ahjar li jservu lic-cittadini, l-aktar f'dawk l-affarijiet li jolqtuhom mill-qrib. Ghan iehor tas-seminar huwa li l-Kunsillieri u l-Ufficjali jkunu jistghu jaqsmu l-esperjenzi u d-diffikultajiet li jiltaqghu maghhom fil-qadi ta' dmirijiethom.
Il-Ministru qal ukoll li dak li jixtieq u li jawgura li jitwettaq fil-kaz tal-Kunsillieri jiddependi hafna mill-koperazzjoni u mill-impenn taghhom. Huwa tkellem ukoll dwar l-ufficjali impjegati mal-Kunsilli, li hu sejjah bhala dawk in-nies li jirrapprezentaw il-kontinwita' ta' l-operat mibdi minn Kunsill u mghoddi lil ta' warajh.
Dan is-seminar se jkun fih 12 il-sessjoni mifruxa fuq tmien gimghat u l-partecipanti se jkunu indirizzati minn diversi esperti fl-oqsma taghhom.Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922